Barranin
‘Il fuq minn 50 persuna mejta wara li qabad nar fi sptar fl-Iraq

‘Il fuq minn 50 persuna tilfu ħajjithom wara li qabad nar f’sala tal-Covid fi sptar fl-Iraq.

Il-kaġun tan-nar fl-isptar al-Hussein, fil-belt Nasiriya, għadu mhux magħruf, iżda l-ewwel tagħrif jindika li sploda ċilindru tal-ossiġnu.

Qraba tal-vittmi u persuni oħra ħarġu jipprotestaw, waqt li l-Prim Ministru Mustafa al-Kadhimi ordna li jiġi arrestat il-kap tal-isptar.

L-Ispeaker tal-Parlament, Mohammed al-Halbousi, qal li n-nar huwa prova ċara tal-falliment fil-protezzjoni ta’ ħajjiet Iraqqini, u qal li wasal iż-żmien li dan il-falliment jiġi fi tmiemu.

Is-sistema tas-saħħa fl-Iraq hija waħda dgħajfa minħabba snin twal ta’ kunflitt.