Barranin
‘Il fuq minn 80 ipoppotami ta’ Pablo Escobar qed jiġu msewwija

Il-Gvern tal-Kolombja qed jisterilizza ‘l fuq minn 80 ipoppotami li kienu jappartjenu lill-baruni tad-droga Pablo Escobar. S’issa ġew imsewwija b’kimika madwar 24 minnhom.

Minkejja li Escobar inqatel fl-1993, l-ipoppotami tiegħu, oriġinarjament biss koppja ta’ mara u raġel, komplew jitkattru sakemm saru l-ikbar popolazzjoni ta’ din il-ħlejqa ‘l barra mill-Afrika.

L-ipoppotami tal-kokaina, kif ġew imlaqqmin, baqgħu jinfirxu fil-kampanja madwar ir-razzett ta’ Escobar; Hacienda Nápoles. B’konsegwenza, dawn saru speċi invażiva li qed tolqot ħażin il-fawna lokali.