Lokali
Il-futbol u l-qari jimxu id f’id

L-eks goalkeeper internazzjonali Saviour Darmanin, qal li l-programm “Bil-Qari u l-Kitba Niskorja!, għandu l-għan jgħin lil dawk it-tfal li ma jħobbux jaqraw u jiktbu biex japprezzaw il-qari u l-kitba permezz tal-isport li jħobbu, il-football. Biex il-programm jikkumplimenta t-tema, it-tfal li jkunu akkumpanjati minn uffiċjali esperti fl-isport u l-qari jiltaqgħu fi dressing room li fiha jkun hemm librerija b’għażla ta’ kotba bil-Malti u l-Ingliż assoċjati mal-futbol.

Wara li jaqraw għal madwar siegħa, joħorġu jilgħabu fil-grawnd fejn ikomplu jipprattikaw l-ispirtu tal-istorja li jkunu qraw. It-tfal jingħataw flokk tat-tim tagħhom bħala tifkira u l-aġenzija tqassam riżorsi marbuta mal-futbol u l-qari biex it-tfalikomplu jaqraw u jitgħallmu mid-dar ukoll.

“Din id-dressing room inġibulha ħafna riżorsi minn barra kotba li għandhom x jaqsmu mal-futbol u dawn it-tfal jagħmlu siegħa mal-literacy leader, nagħmlu quizez u jaqraw fuq football, ikollhom librerija tal-futbol li jkunu jistgħu joħduhom magħom id-dar imbagħad siegħa wara jagħmlu t-taħriġ fil-grawnd ma’ wieħed mill-coaches”.

Tkellimna ma’ wħud mit-tfal li qalu li huma ħerqana biex jipparteċipaw f’dawn l-attivitajiet. Qalu li l-programm jgħinhom jaqraw aktar u jesprimu ruħhom aħjar bil-kitba.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Owen Bonnici, faħħar ix-xogħol li twettaq l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu biex jonqos l-illitteriżmu u d-diskrepanza bejn l-abbiltajiet fil-qari u l-kitba ta’ tfal li jkunu jibbrillaw f’suġġetti li m’huwiex strettament akkademiċi bħall-isport.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Jekk ma ħasditx l-awtoritajiet tas-saħħa, l-aħħar ċifra ta’ 52 persuna infettati bil-virus, żiedet l-ansjeta fost ħafna fil-popolazzjoni. TVM staqsa l-istatistiku Dr Vincent Marmara jekk dan in-numru ta’ infezzjonijiet ġodda jbiddilx…

COVID-19

53 impjegat minn kumpanija privata li kellhom jieqfu mix-xogħol minħabba l-imxija tal-COVID19, se jxammru l-kmiem biex jaħdmu fuq progetti ta’ manutenzjoni f’żoni turistiċi. Għall-impjegati tal-kumpanija Ozo Malta li xogħolhom jiddependi…

COVID-19

Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li hemm bżonn pakkett finanzjarju ieħor mill-Gvern biex itaffi d-daqqa li l-pandemija qed tikkawża lill-ekonomija. Il-Kamra ppreżentat il-proposti aġġornati tagħha lill-Gvern u sejħet għall-għajnuna addizzjonali li stmat…

COVID-19

It-terremot ekonomiku li ġabet il-pandemija jista’ jirvina bosta negozji. Madankollu l-istint imprenditorjali li wieħed jadatta għar-realtajiet ġodda jispikkaw f’dawk li ħabblu moħħhom u ħadu inizjattivi biex jibqgħu jdawru r-rota. Fost…

Aktar