X

Il-ġabra għat-tarbija Cristiano tasal għand is-sorijiet tal-Ursolini

Il-ġenerożità tal-Maltin ħarġet fid-deher hekk kif kienu bosta dawk li offrew oġġetti tat-trabi meta raw l-appell tas-Surġent Glen Carabott għal xi affarijiet biex jingħataw lit-tarbija li sab abbandunata f’Buġibba nhar il-Ġimgħa.

Is-Surġent Carabott irrikorra għas-siti soċjali biex jittieħdu oġġetti tat-trabi fl-Għassa tal-Qawra biex jingħataw lis-sorijiet tal-Ursolini li se jkunu qed jieħdu ħsieb il-kura u t-trobbija tat-tarbija, li ngħatat l-isem inizjali ta’ Cristiano.

U l-Maltin ma qagħdux lura tant li kellu jintuża vann biex l-oġġetti kollha llum setgħu jittieħdu mill-Għassa lejn l-Istitut f’Tas-Sliema.  Fost l-affarijiet li ngħataw kien hemm push chairs, car seats, ħwejjeġ, ħrieqi, u ħalib tat-trabi fost affarijiet oħra.

It-tarbija Cristiano jinsab għand is-sorijiet, flimkien ma’ ħuh ta’ sena, wara li ħarġet ordni ta’ ħarsien għal dawn iż-żewġt aħwa.  It-tarbija ħarġet mill-isptar ilbieraħ u tinsab fi stat tajjeb ta’ saħħa.

Ara wkoll:

Cristiano nħareġ mill-isptar u ttieħed mis-sorijiet tal-Ursolini

Tħaddan magħha lil binha Cristiano – jinstab ukoll is-sieħeb tat-tfajla

Cristiano se jingħata f’idejn is-sorijiet tal-Ursolini

FILMAT ESKLUSSIV: It-tarbija abbandunata tingħata l-isem ta’ Cristiano

Norma Saliba :