Barranin
Il-Ġappun jibgħat lit-truppi u ħaddiema tas-salvataġġ biex jassistu lil dawk fil-periklu

Sitta u għoxrin persuna mietu, 18 għadhom irrapportati nieqsa u aktar minn 170 ruħ indarbu fl-agħar maltempata fil-Ġappun fl-aħħar 60 sena.

It-tifun Hagibis laqat Tokyo is-Sibt, b’riħ qawwi b’veloċità ta’ 225 kilometru fis-siegħa, u mexa ‘l fuq waqt li ħalla warajh ħerba sħiħa u ħafna għargħar. Fost l-effetti tat-tifun, tħassru t-titjiriet kollha li kien hemm skedati u pont li minn fuqu tgħaddi l-ferrovija ċeda f’Ueda.

Ix-xmajjar faru f’minn tal-anqas 14-il post differenti u għarrqu żoni residenzjali. Ir-residenti fil-belt ta’ Nagano li spiċċat mgħarrqa wara li faret ix-xmara Chikuma, marru biex iqattgħu l-lejl f’postijiet aktar ‘il fuq sakemm ibatti l-għargħar u jkunu jistgħu jeżaminaw il-ħsarat li ġarrbu.

Saħansitra sptar f’Tokyo spiċċa bis-sular t’isfel mgħarraq għax faret ix-xmara Tamagawa. 160 pazjent kellhom jiġu trasferiti għal faċilitajiet oħra aktar siguri fil-pajjiż.

Ħafna mill-għargħar beda jbatti mill-Ħadd filgħodu. Il-Gvern Ġappuniż bagħat 27,000 suldat u ħaddiema tas-salvataġġ biex jassistu fl-operazzjonijiet varji madwar il-pajjiż. It-tifun, id-19-il wieħed dan l-istaġun hu l-aktar wieħed b’saħħtu minn dak li seħħ fl-1958.

Il-logħob tat-tazza tad-dinja tar-Rugby li kellu jsir is-Sibt, minflok sar il-Ħadd, bil-Ġappuniżi minkejja dak li għaddew minnu 24 siegħa qabel, xorta taw l-appoġġ tagħhom lit-tim Ġappuniż li rebaħ lill-iSkozja u għall-ewwel darba għadda għall-kwarti tal-finali.

Ara wkoll:

ARA: Koppja Maltija tinqabad fil-maltemp tat-tifun Hagibis fil-Ġappun

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President Amerikan, Donald Trump, waqt li jinsab f’Davos l-Iżvizzera għall-Forom Ekonomiku Dinji, qed jiffaċċja żewġ akkużi serji fis-Senat, fil-kapitali Amerikana Washington, li għandu jiddetermina jekk Trump jitneħħiex minn President. Hu…

Barranin

Minn żmien għal żmien nisimgħu ħafna li nstabet xi tip ta’ kura għall-kanċer. Tim fl-Università ta’ Cardiff skopra li parti mis-sistema imunitarja tista’ tittratta l-kanċer. Ir-riċerka, li ġiet ippubblikata f’Nature…

Barranin

Fl-Ingilterra, studju ġdid qed jipproponi li anke irġiel mejta jistgħu jkunu donaturi tal-isperma hekk kif naqsu b’ħafna d-donaturi. Il-Journal of Medical Ethics jgħid li din il-proposta hija etika biżżejjed jekk…

Aktar