Barranin
Il-Ġappun se jibda jneħħi l-istat ta’ emerġenza

Il-Ġappun se jibda jneħħi bil-mod l-istat ta’ emerġenza minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Dan wara li l-każijiet tal-COVID-19 naqsu fil-pajjiż u l-programm tat-tlaqqim miexi b’ritmu tajjeb.

Il-Prim Ministru, Yoshihide Suga, qal li sal-Ħamis se jonqsu r-restrizzjonijiet f’27 distrett minn 47.

Minkejja dan, il-bars u r-restoranti ma jistgħux joperaw bħas-soltu minħabba li l-esperti mediċi qed iwissu li l-każijiet jistgħu jiżdiedu matul ix-xitwa. Bħalissa huma qed jibqgħu miftuħa sat-8pm u ma jistgħux iservu xorb alkoħoliku. Restrizzjonijiet dwar avvenimenti kbar se jibqgħu fis-seħħ. Il-Gvern se jkun qed jagħti għajnuna finanzjarja lill-ħwienet li ma jistgħux joperaw bħal qabel.

L-espert mediku tal-Gvern qal li dan ma jfissirx li l-pubbliku jista’ jirrilassa għalkollox u qal li l-Gvern irid iwassal il-messaġġ li n-nies iridu jirrillassaw mill-miżuri bil-mod il-mod.