Lokali
Il-garaxxijiet tal-Gvern fil-Marsa jagħmlu spazju għall-villaġġ tal-Karnival fil-Marsa

Il-villaġġ tal-Karnival fil-Marsa se jibda t-tieni fażi tiegħu bi twaqqigħ tal-garaxxijiet tal-Gvern. Ix-xogħol tat-tieni fażi seta’ jibda wara ftehim bejn il-Ministeru tal-Kultura u l-Ministeru tal-Proġetti Kapitali biex ġew rilokati l-aħħar grupp ta’ garaxxijiet tal-Gvern f’Kordin. Il-Ministru Bonnici qal li l-proġett għandu jitlesta sal-aħħar tas-sena d-dieħla.

Il-villaġġ tal-Karnival se jgħaddi għat-tieni fażi wara li l-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici laħaq ftehim mal-Ministru għall-Proġetti Kapitali Ian Borg biex il-garaxxijiet tal-Gvern fil-Marsa fejn kienu jaħdmu mat-tmenin ħaddiem fuq diversi snajja’ jiġu rilokati f’Kordin biex jagħmlu wiesa’ għal dal-proġett li ilu mistenni mid-dilletanti tal-karnival.

Il-Ministru Bonnici stqarr li dal-proġett ser ikompli jtejjeb l-infrastruttura fil-qasam kulturali għax il-villaġġ ser ikollu bosta faċilitajiet mhux biss għad-dilettanti tal-karnival.

Annabelle Stivala, id-Direttur ta’ Festivals Malta qalet li dan il-proġett massiv se jilħaq l-aspettattiva fost oħrajn tal-artisti tal-karnival.

Annabelle Stivala qalet “hija xi ħaġa importanti mmens, għax min jipparteċipa se jkollu sit partikolari, state of the art, fejn nies minn barra jammiraw ix-xogħol li qed jagħmlu mhux waqt il-karnival biss imma matul is-sena”.

Il-villaġġ tal-Karnival, b’investiment ta’ €5 miljun se jkollu 18-il maħżen kbir u u tmien imħażen iżgħar u mużew interattiv fuq l-istorja tal-Karnival, spazju ta’ orjentazzjoni u kafeterija. Il-Ministru Bonnici qal li l-proġett mistenni jitlesta sa tmiem is-sena d-dieħla.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar