Familja
Il-ġenituri Maltin l-inqas li jużaw iċ-child care fl-Unjoni Ewropea

Minkejja ż-zieda fil-ġenituri li qed jużaw is-servizz taċ-Child Care b’xejn f’Malta, statistika tal-Eurostat għas-sena li għaddiet turi li 12 fil-mija biss tal-ġenituri Maltin li għadhom irabbu lill-ulied qed jagħmlu użu mis-servizz tac-child care. Din ir-rata hija l-anqas fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Fl-Ungerija u fid-Danimarka, prattikament 60 fil-mija tal-ġenituri jużaw is-servizz taċ-child care. Il-Eurostat gabar din l-istatistika mill-informazzjoni li toħroġ mil-Labour Force Survey li issir fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Skont iċ-ċifri tal-Eurostat, 27 fil-mija tal-persuni li jaħdmu, l-aktar ommijiet li għandhom il-kura tat-tfal, adattaw ix-xogħol tagħhom biex ikunu jistgħu jużaw il-faċilitajiet taċ-child care. Aktar minn tliet kwarti tal-ġenituri Ewropej li ma jużawx is-servizzi taċ-child care qalu li għandhom arranġamenti alternattivi għat-tfal tagħhom.

Il-pubblikazzjoni tagħti ħarsa lejn il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja. Minnha joħroġ li fit-tmienja u għoxrin pajjiż tal-Unjoni Ewropea hemm kważi 90 miljun ruħ li qed irabbu t-tfal, 13-il miljun oħra li jieħdu ħsieb qraba anzjani jew b’diżabbiltà u erba’ miljuni oħra li jieħdu ħsieb kemm tfal kif ukoll qraba bi ħtiġijiet speċjali.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-gvern ħabbar il-ftuħ tal-istaġun tal-insib tal-ħarifa għal żewġ speċi: il-pluviera u l-malvizz. Fi stqarrija tas-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ntqal li wara li evalwa r-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat Ornis, l-istaġun…

Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar