Budget
Il-ġenituri ta’ kull tarbija mwielda s-sena d-dieħla se jirċievu €300

Il-ġenituri ta’ kull tarbija li titwieled is-sena d-dieħla jirċievu għotja ta’ €300. Din l-għotja tingħata anki lil ġenituri li jaddottaw.

Dan tħabbar fil-baġit 2020, fost miżuri oħra li jolqtu lill-familji, fejn intqal li minn din il-miżura se jibbenefikaw 4,000 familja.

F’dawk li huma miżuri li jolqtu l-familja u d-dar, se tiżdied l-iskema tal-first buyers biex tirrifletti r-realtajiet tal-lum.