Barranin
Il-Ġermaniżi jikkommemoraw biz-zalzett

Il-Ġermaniżi se jfakkru r-rebħa storika ta’ 7-1 kontra l-Brażil ta’ 4 snin ilu bil-produzzjoni ta’ pakkett zalzett.

Il-partita kienet intlagħbet fit-8 ta’ Lulju u biex tikkommemora x’kien ġara fl-edizzjoni li għaddiet tat-Tazza tad-Dinja kumpanija Ġermaniża qed tbiegħ dan iz-zalzett speċjali.

Fil-pakkett hemm 8 zalzettiet – 7 bojod li għas-7 gowls tal-Ġermanja u zalzett abjad għall-gowl li kienu skurjaw il-Brażil.  Minbarra z-zalzett hemm il-bnadar taż-żewġ pajjiżi, kif ukoll ir-riżultat tal-partita u l-prezz ta’ €4 kemm qed jinbiegħ il-pakkett.

Fuq is-siti soċjali, il-kulur taz-zalzett qajjem furur minħabba r-razziżmu.  Iżda d-diriġenti tal-kumpanija Ġermaniża ċaħdu li kellhom intenzjoni razzista u sostnew li l-varjetà fil-kulur għandu x’jaqsam mat-togħma.

L-ingredjenti taz-zalzett tal-Brażil jikkonsistu f’ċanga filwaqt li z-zalzett tal-Ġermanja huwa magħmul mill-majjal u l-bacon.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Illejla tista’ terġa’ tidħol biċ-ċans li tkun rebbieħ ta’ €138 miljun jekk tieħu sehem fil-lotterija EuroMillions Superdraw.  Dan hekk kif nhar il-Ġimgħa ma kien hemm ħadd li ħareġ rebbieħ tal-jackpot….

Barranin

Fl-Istati Uniti, in-nominat mill-President Donald Trump għall-Qorti Suprema, l-Imħallef Brett Kavanaugh, qal li mhux se jħalli akkużi foloz jitfgħuh ‘l barra mill-proċess tan-nomina. Waqt intervista fuq Fox News, Kavanaugh qal…

Kurżitajiet

Fil-Portugall, arkeologi sabu vapur ta’ 400 sena mgħarraq barra l-kosta tal-Portugall, qrib il-kapitali Lisbona. Esperti qed jgħidu li din is-sejba hija l-ikbar l-iskoperta fl-aħħar għaxar snin. Ħwawar, biċċiet taċ-ċeramika, u…

Kurżitajiet

Ryan Reynolds, wieħed mill-aqwa atturi fid-dinja ta’ Hollywood, li jaħdem kemm f’films serji u kemm f’films komiċi għadu kif għamel waħda minn tiegħu. Reynolds, li huwa magħruf għas-sens tal-umoriżmu u…

Aktar