COVID-19
Il-Ġermanja se tibda tagħti l-vaċċin tal-AstraZeneca lil persuni ‘l fuq minn 65 sena

L-uffiċjali tas-saħħa fil-Ġermanja biddlu d-deċiżjoni tagħhom dwar l-għoti tat-tilqima żviluppata minn Oxford-Astrazeneca u issa qed jirrakkomandaw li hija sigura li din tingħata lil min għandu iktar minn 65 sena.

Id-deċiżjoni tħabbret wara li fl-aħħar ġimgħat, l-awtoritajiet tas-saħħa xejnu kummenti fl-Ewropa li t-tilqima hija biss 8% effettiva fost l-anzjani.

Din id-deċiżjoni ssegwi wkoll il-pass li ħadu l-awtoritajiet Franċiżi meta bdiet tagħti dan il-vaċċin lil anzjani ta’ bejn il-65 sena u l-74 sena.