Barranin
Il-Ġermanja terġa’ ddaħħal restrizzjonijiet wara li nstab il-Coronavirus f’impjant tal-laħam

L-awtoritajiet Ġermaniżi qed jerġgħu jdaħħlu miżuri ta’ lockdown wara li feġġew każi ġodda ta’ coronavirus f’impjant fejn jiġi ppakkjat il-laħam. Aktar minn 1,300 ħaddiem irriżultaw pożittivi għall-virus.

Il-mexxej tal-istat, qal li r-restrizzjonijiet fid-distrett ta’ Gütersloh, fejn jgħixu mat-360,000 persuna, se jibqgħu fis-seħħ sal-aħħar ta’ dan ix-xahar. Il-bars, mużewijiet, iċ-ċinema, u l-gyms għandhom jibqgħu magħluqa u r-ristoranti jistgħu jservu l-ikel take away biss.

Din hija l-ewwel deċiżjoni ta’ dan it-tip mindu l-Ġermanja bdiet itaffi r-restrizzjonijiet f’Mejju li għadda. Fil-Ġermanja hemm biża’ li se jiżdiedu l-infezzjonijiet. Ir-rata ta’ trażmissjoni tal-virus telgħet għal 2.76.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa ma ħareġ l-ebda każ ġdid ta’ coronavirus f’Malta bil-każijiet attivi issa jinżlu għal 5 hekk kif fiequ 2 persuni oħra. B’kollox f’Malta u…

Barranin

Għall-ewwel darba minn meta faqqgħet il-pandemija, il-President Amerikan Donald Trump libes il-maskra fil-pubbliku. Huwa għamel dan meta żar l-isptar militari Walter Reed lil hinn minn Washington fejn iltaqa’ ma’ suldati…

Barranin

Ħames persuni inqatlu f’attakk fi knisja fl-Afrika ta’ Isfel, li x’aktarx seħħ waqt argument dwar it-tmexxija tagħha. Il-pulizija qalu li salvaw irġiel, nisa u tfal minn sitwazzjoni ta’ ostaġġ fil-periferija…

Barranin

Ir-reġjuni fit-Tramuntana ta’ Spanja – dak Bask u r-reġjun ta’ Galicia qed jaffaċċjaw imxija ġdida ta’ coronavirus waqt li l-votanti għada mistennija jivvutaw fl-ewwel elezzjonijiet reġjonali mindu bdiet il-COVID-19 f’Marzu…

Aktar