Politika
Il-ġid li qed jinħoloq huwa għan li minnu ssir il-ġustizzja soċjali – il-PM

Il-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat qal li l-ġid li qed jinħoloq minnu nnifsu huwa għan u mhux mezz, li permezz tiegħu trid tinħoloq il-ġustizzja soċjali.

F’attività politika fiż-Żurrieq, Dr Muscat qal li l-Gvern qed jinvesti f’infrastruttura soċjali u proġetti favur il-ħajja. Huwa rrefera għall-proġett fejn il-Gvern ingħaqad mal-Caritas biex jinbena ċentru terapewtiku għal żgħażagħ li huma vittmi tal-abbuż tad-droga. Dr Muscat qal li s-surplus qiegħed ukoll għal dawn il-proġetti. Saħaq li din mhix kwistjoni ta’ kompassjoni iżda sitwazzjoni ta’ persuni li għandhom dritt l-għajnuna.

Il-Prim Ministru Muscat ħeġġeġ biex aktar żgħażagħ jidħlu f’karrieri li jgħinu lil ħaddieħor. Saħaq li hemm bżonn 400 infermier u mitejn spiżjar.

Dr Muscat ħeġġeġ biex matul din il-kampanja l-poplu jfittex f’li jgħaqqdu bħala poplu. Huwa qal li l-familji taw kemm-il darba risposta lil min jiżra’ l-mibgħeda. Qal li jekk ħaddieħor ser ikompli jservi lill-poplu bl-istess riċetta, ser ikollu l-istess riżultati.

Il-mexxej Laburista qal li ħaddieħor jinsab mingħajr pjan għax il-ġimgħa bdieha jitkellem fuq l-abort u għalaqha b’kwistjoni fuq dibattitu. Dr Muscat saħaq li kellu żewġ dibattiti mal-Kap tal-Oppożizzjoni, wieħed fil-bidu u ieħor lejn tmiem il-kampanja. Dr Muscat qal li Dr Delia issa jrid jiddibatti f’Xarabank. Huwa ħeġġu jikkalma u jżomm l-argumenti għal dibattitu nhar l-Erbgħa li ġej.

Il-Prim Ministru Muscat saħaq li l-kandidati tal-Partit Nazzjonalista tal-Parlament Ewropew ma kkomettewx ruħhom dwar jekk jappoġġjawx in-nominazzjoni tal-Gvern Malti għal karigi ta’ Maltin fl-istituzzjonijiet Ewropej. Qal li Gvern Nazzjonalista dejjem sab l-appoġġ mill-Ewroparlamentari Laburisti meta ġew nominati Joe Borg, John Dalli u Tonio Borg bħala Kummissarji Ewropej.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Il-Union tal-Edukaturi Professjonisti, UPE qalet li l-Kunsill tal-Għalliema, iddeċieda li mis-sena skolastika li ġejja, l-għalliema kollha li se japplikaw għall-warrant ser ikollhom jippreżentaw il-fedina penali tagħhom maħruġa fl-aħħar xahar, flok iċ-ċertifikat…

Lokali

It-tifkira ta’ Lassana Cisse Souleymane, li kienet tpoġġiet fil-post fejn inqatel ġiet ivvandalizzata. Huwa kien inqatel kiesaħ u biered fit-triq li tagħti bejn Ħal Far u Birżebbuġa nhar is-6 t’April. B’rabta…

Lokali

Heritage Malta, flimkien mas-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali Malti u l-Università ta’ Macquarie, f’Sydney l-Awstralja, qed iħabbru l-bidu ta’ proġett internazzjonali u interdixxiplinarju li jinvolvi l-istudju tal-kranji umani li nstabu ġewwa l-Ipoġew…

Aktar