Lokali
Il-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2020 tibda nhar il-Ġimgħa

Nhar il-Ġimgħa li ġej se jibdew l-attivitajiet relatati mal-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku bit-tema “Servizz Pubbliku Dejjem Miegħek”. Dawn ivarjaw minn laqgħat dwar l-intelliġenza artifiċjali u l-fondi tal-Unjoni Ewropea, għall-ftuħ bla ħlas tal-mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta nhar it-Tnejn li ġej.

Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni ntqal li din is-sena l-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku se tkun waħda b’differenza għaliex tirrifletti ċ-ċirkostanzi li jinsab fihom il-pajjiż, ċirkostanzi li wrew lis-Servizz Pubbliku fl-aqwa tiegħu u li baqa’ jagħti servizz sħiħ lill-klijenti tiegħu.

Is-sena li għaddiet is-Segretarju Permanenti Ewlieni, Mario Cutajar kien qal li din is-sena kellha tkun waħda li matulha t-tiġdid kollu li sar fl-aħħar snin ikun konsolidat. Spjega li minkejja l-isfidi li għddejjin minnhom, dan sar u se jkun qed jingħata l-ewwel rendikont tal-effetti tat-tiġdid li sar.

Aħbarijiet Oħra

Raġel ta’ 64 sena residenti l-Kalkara weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-8am fi Triq ix-Xatt, il-Kalkara, bejn vettura tal-għamla Hyundai, misjuqa minn mara ta’ 47 sena residenti l-Kalkara u…

Żewġ anzjani minn żewġ residenzi tal-anzjani separati huma l-aħħar vittmi tal-Covid-19 f’Malta. Dan ġie kkonfermat minn stqarrija ministerjali fejn intqal li l-vittmi huma anzjan ta’ 91 sena li nstab pożittiv…

Wara li l-bieraħ l-MUT iddikjarat li fallew id-diskussjonijiet bejn l-MUT u l-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-MUT laqqgħet il-Kunsill tagħha. Immedjatament wara, uffiċjali tal-MUT kellhom laqgħa Kastilja mal-Prim Ministru, il-Ministru għall-Edukazzjoni u uffiċjali…

Dalgħodu, il-Bank tad-Demm tal-Isptar Mater Dei ġie fil-bżonn ta’ 73 borża demm O positive. Dan ifisser li l-Bank jinsab fi kriżi b’nuqqas serju ta’ dan it-tip ta’ demm u għalhekk jekk…

Aktar