Turiżmu
Il-ġimgħa ta’ Santa Marija – min jixxala u min jaħdem

L-abbundanza ta’ bajjiet fil-gżejjer Maltin u Għawdxin qed ikunu l-għażla ppreferuta għal ħafna li jgawdu il-vaganzi tagħhom f’Malta. Ironikament, dan l-istaġun huwa wkoll iż-żmien li matulu il-ħaddiema tat-turiżmu u ospitalità jkunu qed jaħdmu aktar biex ilaħħqu mad-domanda tal-Maltin u t-turisti.

Eluf ta’ Maltin u turisti qed igawdu il-vaganzi tagħhom f’dawn iż-żminijiet … b’diversi fabbriki u negozji jagħlqu l-bibien tagħhom għas-shutdown tradizzjonali t’Awwissu.

Għal dawk li jinsabu Malta, is-Sajf jirrappreżenta xalata ta’ alternattivi li jvarjaw għall-gosti ta’ kulħadd.

Min jippreferi l-kumdità ta’ xi pixxina, oħrajn jerħula lejn il-bajjiet Maltin.

TVM żar il-bajja ta’ San Tumas fin-nofsinhar ta’ Malta fejn ma kienx hemm fejn toqgħod labra …u staqsejna lil dawk li ltqajna magħhom kif jirrillassaw waqt il-btajjel tagħhom.

Ironikament, l-istaġun tas-sajf jirrappreżenta wkoll maratona ta’ xogħol bla waqfien għal dawk li jaħdmu fl-industrija tal-ospitalità bir-ristoranti, in-negozji u l-lukandi mimlija sa ruħ ommhom.

Clive Cauchi għandu gabbana f’Tas-Sliema. Jistqarr li ilu 35 sena ma jmur il-baħar u jammetti li l-familja tiegħu jkollha tagħmel diversi sagrifiċċji minħabba n-natura tax-xogħol tiegħu.

“It-tfal jiġu ħdejja u l-mara tiġi ħdejja u l-ħarġa tagħna hawn dejjem hawnhekk ili minn mindu kelli tmintax-il sena ma nieħu vaganza ili 35 sena dejjem hawn” qal Clive Cauchi.

James Galea, li jaħdem bħala manager f’lukanda jispjega li minkejja li l-impjegati jkunu imħabbta sew f’dan iż-żminijiet tas-sena, ix-xogħol qed jitqassam b’mod aktar bilanċjat tul is-sena. Qal li l-ingaġġ tal-impjegati barranin fl-industrija tat-turiżmu u l-ospitalità naqset xi ftit mill-piż li dari kien jintefa’ fuq il-ħaddiema Maltin.

“Il-ħaddiem barrani qiegħed jikkumpensa biex impjegati Maltin ikunu jistgħu jgawdu xi ftit mill-festi wkoll…ovvjament dawn huwa xogħolna u dan huwa l-passjoni u x-xogħol li nħobbu nagħmlu u l-familji tagħna jidrawna” qal James Galea.

It-tielet ġimgħa t’Awwissu mistennija tkun waħda mill-iktar impenjattivi għall-ħaddiema tat-turiżmu b’rekord assolut ta’ traffiku antiċipat fl-ajruport ta’ Malta nhar il-Ħadd dsatax t’Awwissu.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Esebizzjoni li żżewwaq il-figurattiv mas-surreali, il-pitturi ta’ Alfie Gatt jinstigaw u jnebbħu l-kilba għal dak li huwa naturali. “Love Letter” hija kollezzjoni ta’ xogħlijiet artistiċi mimlija immaġinazzjoni. Alfie Gatt huwa…

Lokali

Heritage Malta qed tkompli bl-inizjattivi biex tagħti tifsira ħajja lis-siti storiċi li tamministra. Attività oħra f’din is-sensiela ser issir is-Sibt li ġej fil-Katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat fejn ser issir…

Edukazzjoni

Tliet elef, tliet mija u ħamsa u erbgħin persuna din is-sena se jiggradwaw mill-Università ta’ Malta f’livelli differenti li jibqgħu telgħin sa dottorat. Iċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni jibdew nhar it-Tnejn u jibqgħu…

Lokali

L-isfidi prinċipali li qed jiffaċċjaw l-intrapriżi żgħar u medji ġew diskussi f’seminar organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem bħala parti minn kampanja Ewropea li qed tippromovi l-kultura intraprenditorjali. Il-President tal-Assoċjazzjoni…

Aktar