Lokali
Il-Ġimgħa tista’ tirkeb fuq tal-linja b’xejn f’Għawdex

Kull min il-Ġimgħa se juża t-trasport pubbliku f’Għawdex se jkun qed jagħmel dan bla ħlas bħala parti mill-European Mobility Week, li tibda għad l-Ħamis.

Fi stqarrija, il-Ministeru għat-Trasport u l-Ministeru għal Għawdex qalu li din l-inizjattiva hu li l-pubbliku jkun imħeġġeġ jagħmel aktar użu minn dan it-tip ta’ servizz minflok juża t-trasport privat tiegħu.

Qalu li tingħata prijorità lit-trasport pubbliku fuq dak privat iwassal biex ikomplu jonqsu l-emissjonijiet u t-tniġġis tal-ambjent.