Barranin
Il-ġisem jista’ jfejjaq il-kanċer waħdu?

Minn żmien għal żmien nisimgħu ħafna li nstabet xi tip ta’ kura għall-kanċer. Tim fl-Università ta’ Cardiff skopra li parti mis-sistema imunitarja tista’ tittratta l-kanċer.

Ir-riċerka, li ġiet ippubblikata f’Nature Immunology tgħid li sabet metodu li toqtol kanċer fil-prostata, fwied u fis-sider

Għalkemm s’issa għadhom ma sarux esperimenti fuq pazjenti, ir-riċerkaturi qalu li hemm potenzjal kbir.

Ir-riċerkaturi saħqu li s-sistema imunitarja hija difiża għall-infezjonijiet u tista’ wkoll tattakka ċ-ċelloli tal-kanċer.

Huma sabu li fid-demm hemm dik imsejħa T-cell li tagħrex jekk hemm theddida fil-ġisem li għandha tiġi eliminata. Din iċ-ċellola taħdem flimkien ma’ molecule msejħa MR1 li tinsab fil-wiċċ ta’ kull ċellola. Hu maħsub li l-MR1 tindikka xi jkun għaddej fiċ-ċelloli lis-sistema immunitarja u b’hekk tindika jekk hemmx il-kanċer.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel u mara miżżewġin kienu qed jieklu għall-affari tagħhom f’ristorant f’Louisville Kentucky fl-Istati Uniti, meta fir-ristorant li kien battal ħlief għalihom, daħal ħalliel b’wiċċu mgħammad u armat. Dan mar fuq…

Barranin

Żewġ persuni mietu meta l-ferrovija li kienu fuqha ħarġet barra l-linji qrib il-belt ta’ Wallan. Il-ferrovija li tinstaq b’veloċità kienet qed tivvjaġġa bejn Sydney u Melbourne. Għadd ta’ passiġieri oħrajn…

Barranin

Il-vapur ta’ salvataġġ Ocean Viking salva 274 immigrant ‘il barra mill-kosta tal-Libja. L-irġiel, in-nisa u tfal salvati waqt tliet operazzjonijiet ta’ salvataġġ fiċ-ċentru tal-Mediterran nhar it-Tlieta u lbieraħ. Fost l-immigranti…

Barranin

Ir-rapper Amerikan Pop Smoke nqatel waqt aktarx serqa f’daru. Bashar Jackson ta’ 20 sena kien f’daru f’Hollywood, Los Angeles meta żewġt irġiel b’rashom mgħammda daħlu fuqu u bdew jisparaw xi…

Aktar