Turiżmu
Il-GO Malta Esports Festival qed jesponi x’toffri l-industrija tal-video games

Bejn illum u l-Ħadd qed tittella’ l-GO Malta Esports Festival, waħda mill-ikbar avvenimenti tal-esports li qatt ittellgħet fil-gżejjer Maltin.

Dan hekk kif għal dan l-avveniment hawn Malta rappreżentanti mill-komunità tal-gaming li qed jesponu l-prodotti u l-karrieri li toffri din l-industrija.

L-Awtorità tat-Turiżmu, l-MTA, qed tappoġġja dan il-festival bil-ħsieb li tkompli tesponi lil Malta bħala pajjiż li għandu potenzjal biex jospita avvenimenti kbar minn madwar id-dinja.

Il-GO Malta Esports Festival qed jittella’ fiċ-Ċentru tal-Fieri u l-Konvenzjonijiet f’Ta’ Qali u se jkollu żona għall-Expo u żona għall-Konvenzjoni tal-Karrieri.

Fi stqarrija, l-MTA qalet li avvenimenti ta’ din ix-xorta qed jgħinu lil Malta tattira swieq ġodda lejha, turisti iżgħar fl-età, u tħalli l-industrija turistika lokali għaddejja f’xhur li normalment ikunu kwieti.

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi ġie kkwotat jgħid fl-istqarrija li Malta stabbiliet ruħha bħala pajjiż li jattira ditti kbar u avvenimenti internazzjonali li jvarjaw minn festivals, konferenzi, kunċerti u attivitajiet għall-familja kollha.

 

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel Għawdxi ħareġ illiberat mill-akkużi li kien qed jonsob bi xbieki illegali waqt li l-istaġun tal-insib kien magħluq. Matthew Buttigieg ta’ 27 sena min-Nadur ma nstabx ħati mill-Qorti t’Għawdex li…

Lokali

Il-UĦM Voice of the Workers espremiet it-tħassib tagħha dwar il-kundizzjonijiet tad-dentisti fis-servizz pubbliku li bħalissa qed isegwu direttivi industrijali. Il-kap Eżekuttiv tal-UĦM, Josef Vella qal f’konferenza tal-aħbarijiet li l-UHM ilha…

Turiżmu

Stħarriġ tal-MHRA wera li aktar min-nofs it-turisti jiġu Malta għax-xemx u l-baħar. Matul is-sajf li għadda ġew Malta mad-900,000 turist. Dan ifisser żieda ta’ 13.3% meta mqabbel mas-sajf tas-sena l-oħra….

Lokali

Tnieda l-ewwel sett ta’ Standards Soċjali Regolatorji mill-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali (SCSA). Standards li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jkunu mħarsa aħjar id-drittijiet tat-tfal. Bħalissa f’Malta hawn 4…

Aktar