Ekonomija u Finanzi
Il-GO tirreġistra qligħ ta’ €15.3m

Il-grupp GO ħabbar li fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena għamel qligħ qabel il-ħlas tat-taxxa ta’ €15.3 miljun.

Fi stqarrija, il-grupp qal li bejn Jannar u Ġunju li għadda, il-qligħ żdied bi 13% meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet. Intqal li dan kien riżultat fost l-oħrajn ta’ żieda fil-bejgħ ta’ ftit aktar minn €3 miljun meta mqabbel mal-ewwel nofs tal-2017. Iż-żieda ġiet reġistrata kemm fis-suq Malti u anke f’Ċipru permezz tal-kumpanija sussidjarja Cablenet.

It-tmexxija tal-grupp GO qalet li r-riżultati pożittivi li nkisbu fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena huma prova ċara li l-kumpaniji jinsabu fid-direzzjoni t-tajba għal aktar suċċess fil-ġejjieni.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Matul il-lejl, grupp ta’ 61 immigrant mistennija jiddaħħlu Malta wara li sabu ruħhom f’diffikultà bejn sema u ilma. Stqarrija tal-Forzi Armarti qalet li ċ-ċentru tal-kordinazzjoni tas-salvataġġ Maltiillum tard waranofsinhar kien…

Infrastruttura

Il-pontijiet li jaqsmu l-ibliet u jħaffu t-traffiku huma meħtieġa iżda l-manutenzjoni tagħhom hija daqstant importanti biex jiġu evitati diżgrazzji. Ftit tal-ġimgħat ilu Infrastructure Malta lestiet l-ewwel fażi ta’ tisħiħ tal-Pont…

Ambjent

Wara li f’lejlet Santa Marija nirien ħakmu l-Maqluba fil-Qrendi u għal diversi jiem ma kinux ntfew għalkollox, l-espert fil-biodiversità, Alfred Baldacchino, qal li l-ħsara li saret m’hijiex biss fis-siġar li…

Aktar