Lokali
Il-Gozo Channel bir-raba’ vapur mix- xahar id-dieħel

F’inqas minn xahar ieħor il-Gozo Channel se tkabbar il-flotta tagħha bir-raba’ vapur li jesa 650 passiġġier u 160 vettura.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li biż-żieda ta’ dan il-vapur se tiżdied l-effiċjenza fil-vjaġġi tal-Gozo Channel għal kull min jaqsam il-fliegu għaliex is-servizz se jitħaddem bi tliet vapuri flok tnejn u ieħor għall-vetturi kummerċjali.

F’port fil-gżira ta’ Corfu fil-Greċja għaddejjin l-aħħar xogħlijiet biex vapur bl-isem ta’ ‘Nikolaos’ jilbes il-libsa tal-flotta tal-Gozo Channel bil-għan li fil-jiem li ġejjin jingħaqad mat-tliet vapuri l-oħra tal-kumpanija biex tlahhaq ahjar maż-żieda fid-domanda.

Waqt żjara fuq il-vapur, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li minħabba ż-żieda fil-patrunaġġ fil-vjaġġi tal-Gozo Channel, sena ilu beda proċess biex ikollha r-raba’ vapur. Madankollu, il-Ministru qalet li minħabba li l-vapuri ‘Gaudos’, ‘Ta’ Pinu’ u ‘Malita’ nbnew għall-portijiet Maltin, l-uffiċjali tekniċi tal-kumpanija kellhom sfida biex bl-għajnuna ta’ aġenziji internazzjonali jsibu vapur li jkun adattat għall-portijiet tal-Imġarr u ċ-Ċirkewwa.

Il-Ministru Caruana qalet li dan il-vapur inkera għal perjodu definit sakemm tinħareġ sejħa internazzjonali biex jinkera vapur għall-perjodu itwal ta’ żmien.

“L-iskeda se tkun qed topera bi tliet vapuri flok tnejn u se jkun hemm vapur ieħor li ħa jkun iddedikat għall-vetturi kummerċjali, allura jfisser li ħa jkun hemm iktar effiċjenza, inqas dewmien u dawn kollha li jużaw il-vapuri tal-Gozo Channel se jkollhom servizz ħafna aħjar,” qalet Dr Caruana.

Dr Caruana qalet li meta jidħol ir-raba’ vapur f’inqas minn xahar ieħor, ser ikun hemm tibdil fil-ħinijiet tal-iskeda biex il-vjaġġi jkunu aktar spissi.

Il-vapur li kien ibaħħar bejn gżejjer Griegi jesa aktar minn 160 vettura, kif spjega d-Direttur tal-kumpanija ‘Ionion Lines’, Nick Sissanis.  “The ship accomodates 650 passengers during the summer and 350 during the winter.”

Il-Ministru għal Għawdex qalet li l-istrateġija fit-tul għal konnettività aħjar bejn il-gzejjer tinkludi s-servizz tal-fast ferry hekk kif jintemmu l-proċeduri legali fil-Qorti waqt li għaddejjin it-tħejjijiet għall-proġett ambizzjuż tal-mina.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Jidher li l-partiti għamlu ħidma akbar biex jiġu eletti aktar nisa eliġibbli għall-kandidatura anke fost il-partiti ż-żgħar fuq livell Ewropew. Il-Professur Carmen Sammut qalet li fuq livell Ewropew, il-“family friendly…

Politika

Il-Membru Parlamentari għall-Partit Laburista Alex Muscat qal li r-riżultat ta’ din l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew huwa l-ewwel ġudizzju tal-poplu wara l-każ Egrant. Dan Alex Muscat qalu waqt il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista…

Politika

F’kollegament dirett ma’ TVM, fuq il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista Norma Saliba, l-uffiċjal tal-Partit Laburista Louis Gatt, qal li ħarġu xi riżultati proviżorji mill-ewwel għadd tal-voti. Dr Miriam Dalli għall-Partit Laburista…

Aktar