Il-Gozo Channel tissospendi s-servizz tal-vapur fil-Milied u l-Ewwel tas-Sena

Nhar il-Milied u l-Ewwel tas-Sena, l-Gozo Channel ser tkun qed tissospendi s-servizz tagħha bejn nofsinhar u t-tlieta ta’ wara nofsinhar. Is-servizz se jkun sospiż sabiex l-impjegati tal-kumpanija li jkunu xogħol f’dawn il-ġranet, ikunu jistgħu jieklu mal-familji u l-ħbieb tagħhom.

Fil-jumejn imsemmija, l-vjaġġi ta’ 12:00, 12:45, 13:30 u 14:15 p.m. mill-Imġarr għaċ-Ċirkewwa u l-vjaġġi tal-12:45, 13:30, 14:15 u 15:00 p.m. miċ-Ċirkewwa mhumiex se jsiru. Dan ifisser li l-aħħar vjaġġ mill-Imġarr se jkun fil-11:15, filwaqt li l-aħħar vjaġġ miċ-Ċirkewwa huwa skedat għal nofsinhar (12:00).  Wara nofsinhar, is-servizz jerġa’ jibda fit-15:00 mill-Imġarr għaċ-Ċirkewwa, filwaqt li l-ewwel vjaġġ miċ-Ċirkewwa għall-Imġarr ikun dak tal-3:45 p.m.