Kumpaniji
Il-Gozo Expo u l-Business Awards se jsiru f’Għawdex għall-ewwel darba

Il-Ministeru għal Għawdex nieda l-Gozo Expo 2019 u l-Gozo Business Awards, li huma żewġ inizjattivi li qed isiru għall-ewwel darba f’Għawdex.

Waqt it-tnedija ta’ dawn l-attivitajiet, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li dawn iż-żewġ avvenimenti jaqgħu taħt l-istrateġija tal-Ministeru għal Għawdex għal aktar żvilupp tan-negozju, espansjoni tal-kummerċ u żieda fl-investiment.

Intqal li l-avveniment huwa intiż biex jiċċelebra l-kisba tal-intraprizi Għawdxin, u jgħaqqad flimkien aktar minn 300 intraprenditur fil-gżira Għawdxija, minn eżekuttivi, konsulenti, start-ups, u investituri li huma meqjusa bħala innovaturi u l-mexxejja tat-trasformazzjoni tan-negozju.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Matul il-maratona ta’ 60 siegħa futbol u volleyball inġabru €1,688,209 b’risq Puttinu Cares. Kienu bosta li matul tmiem il-ġimgħa li għadda marru sal-Marsa Sports Ground, b’uħud ipparteċipaw f’xi logħba u…

Kisbiet

Il-karozzi Bentley u Rolls Royce huma distintivi u magħrufa għal-lussu. Kristian Cini għad għandu sbatax-il sena, iżda għalkemm għad m’għandux l-età biex isuq, huwa dilettant kbir tal-karozzi Bentley u Rolls-Royce….

Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Aktar