Kultura
Il-ġrajja mdemmija tas-Sette Giugno minn għajnejn differenti

“Sette” u “Culhat al Belt” huma biss tnejn minn diversi inizjattivi li se jsiru biex ifakkru l-ewwel ċentinarju tal-ġrajja tas-sette Giugno; l-irvellijiet imdemmija li wasslu biex sentejn wara, Malta ngħatat kostituzzjoni ta’ gvern responsabbli u twaqqaf l-ewwel Parlament Malti.

L-għajta ta’ mitt sena ilu “Culhat al Belt” hi t-tema ta’ dokumentarju riċerkat frott kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali, Television Malta u l-Arkivji Nazzjonali. Ibbażat fuq ix-xhieda ta’ dawk li għexu s-Sette Giugno, fid-dokumentarju, bi produzzjoni ta’ Mario Xuereb, hemm materjal ġdid, fejn fost oħrajn issir referenza għal dokumenti partikolari li ġew ikkonsultati għall-ewwel darba bħal djarju miktub minn qassis Malti.

B’erba’ episodji ta’ madwar 40 minuta ‘l wieħed, l-episodji ta’ ‘Culhat al Belt’ se jixxandru fuq l-istazzjon nazzjonali f’erbat’ijiem wara xulxin, l-ewwel darba fit-3 ta’ Ġunju.

Il-mitt sena ta’ dawn l-irvellijiet se jitfakkru wkoll b’musical oriġinali “Sette” fil-Forti Sant’Iermu, b’direzzjoni tal-aħwa The New Victorians. Bettina Muchmore spjegat li xtaqu jaraw kif il-barranin iħarsu lejn din il-ġrajja u għalhekk se jippruvaw jippreżentaw il-musical minn tliet angoli li sawru l-ġrajja. Għal dan il-għan, il-musical se jkun bi tliet lingwi; il-Malti, l-Ingliż u t-Taljan u b’mużika elettronika oriġinali.

“Ħa jkun hemm kanzunetti oriġinali b’dawn it-tliet lingwi. Se jkun ukoll l-ewwel spettaklu ta’ dan id-daqs, li se jkun hemm 12-il attur full-time li ilna naħdmu magħhom minn Diċembru, u tmien żeffiena ta’ Żfin Malta,” spjegat Bettina Muchmore.

Il-Ministru tal-Kultura, Owen Bonnici, u ċ-Chairman tal-Kunsill għall-Arti, Albert Marshall, qalu li fost inizjattivi oħra, l-anniversarju TVM2 qed ixandar sett ta’ feature films ispirati minn ġrajjiet ta’ qawmien popolari kontra poteri li jassru lill-popli. Il-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali se tippubblika ktieb kommemorattiv u ma’ Heritage Malta se ttella’ wirja fil-foyer tal-Parlament.

L-aspett politiku u soċjali tas-Sette Giugno se jiġi analizzat f’simpożju f’Kastilja.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, wiegħed li gvern Nazzjonalista jreġġa’ lura d-demokrazija u jagħti lill-pajjiż viżjoni fit-tul li qal hi nieqsa fl-aġenda tal-gvern preżenti. F’mass meeting quddiem id-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà,…

Qorti

Wayne Catania ta’ 29 sena mill-Ħamrun baqa’ miżmum arrestat wara li tessaq il-Qorti akkużat b’attentat ta’ serq ta’ vettura u li seraq u għamel ħsara fi ħwejjeġ ħaddieħor. L-akkużat wieġeb…

Qorti

Malti ta’ 36 sena ġie akkużat li l-Ġimgħa u fil-jiem ta’ qabel f’Ħal Għaxaq hedded u kkawża biża’ lil oħtu. Il-Pulizija xlietu wkoll li ta fastidju u li kkawża vjolenza…

Politika

Dwar l-inkjesta pubblika kkummenta wkoll il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li qal li fil-jiem li ġejjin se jlaqqa’ l-grupp parlamentari biex jiddiskuti t-twaqqif tal-inkjesta. Qal li jrid il-konfort aħħari li din…

Aktar