Lokali
Il-grawnd tax-Schreiber f’Pace Grasso se jinbidel fi spazju mifuħ

Il-Ministru għall-Finanzi ħabbar li se tintensifika l-ħidma biex ikunu kompluti diversi fażijiet mill-proġett tal-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali.

Qal li sa tmiem din is-sena, għandhom ikunu kompluti l-fażijiet tal-Concert Area and Formal Garden kif ukoll l-Adventure Park waqt li s-sena li ġejja hu ppjanat li jsiru l-fażijiet li jinkludu l-carpark kif ukoll is-cycling u l-jogging track.

Huwa qal li dan hu l-akbar spazju miftuħ li qed jingħata biex jitgawda mill-pubbliku, fejn l-ispazju miftuħ ser jikber b’aktar minn 60 grawnd tal-futbol, ser jitħawlu aktar minn 60,000 siġar maturi ġodda, kif ukoll ser ikun hemm aktar minn 86,000 metri kwadri ta’ landscaping.

Huwa qal li se jkun qed jibda x-xogħol fuq Drainage and Potable Water Treatment Plant li jammonta għal madwar €4 miljun biex jissupplixxi l-ilma għall-park sabiex dan ikun sostenibbli.

Huwa ħabbar ukoll li l-Gvern qed jippjana wkoll li l-grawnd tas-Schreiber f’Pace Grasso jinbidel fi spazju miftuħ għall-komunità, fejn spazju ta’ 12,000 metru kwadru ser jinbidel fi spazju edukattiv fejn ser jitħawlu aktar minn 165 siġra, 2,500 arbuxell u 1,500 pjanta ornamentali.