Il-Greċja twiegħed li se tħaffef il-pass biex tgħaddi l-lista ta’ riformi lill-imsieħba fiż-żona Ewro

Il-Greċja wiegħdet li tħaffef il-pass u tgħaddi l-lista ta’ riformi li se tieħu lill-imsieħba tagħha fiż-żona Ewro skont il-ftehim dwar l-estensjoni tal-bailout li ngħatat.

Il-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras qal dan waqt laqgħa apposta mal-President Franċiż Francois Hollande, Angela Merkel tal-Ġermanja u l-Kapijiet tal-Istituzzjonijiet Ewropej. Angela Merkel qalet li l-Ministri tal-Finanzi Ewropej lesti li jiltaqgħu ma jdumux biex jevalwaw il-pjani Griegi. Merkel qalet li d-deċiżjonijiet se toħodhom il-Greċja iżda jridu jiġu magħduda mal-ftehim li hemm fuq livell taż-żona Ewro. Hija qalet li l-laqgħa mal-Prim Ministru Grieg kienet kostruttiva u pass fid-direzzjoni t-tajba.

Il-President Franċiż qal li hemm bżonn li l-Greċja tħaffef għax diġa’ nħela ħafna ħin mill-aħħar laqgħa tal-Eurogroup ix-xahar li għadda. Sal-lum l-Ewropa u l-Fond Monetarju Internazzjonali fl-aħħar ħames snin sellfu lill-Greċja €240 biljun biex ma tfallix iżda sal-lum għadha ma rkupratx u mhux żgur li tista’ tħallas id-dejn lura.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ix-xjentisti, ħasbu li din il-ħlejqha għosfrot għal kollox wara li ilha ma titfaċċa madwar 30 sena. Dan il-mammiferu, magħruf aħjar bħala mouse-deer jew silver-backed chevrotain, intlemaħ f’foresta fil-Vjetnam u għandu…

Barranin

Minn tal-anqas 12-il persuna mietu f’inċident bejn żewġ ferroviji f’Bangladesh. Fl-inċident indarbu mal-100 persuna oħra iżda l-midruba jafu jiżdiedu hekk kif hemm uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili fuq il-post biex isalvaw lin-nies…

Barranin

Il-Professur Russu, Oleg Sokolov deher quddiem il-qorti ta’ San Pietruburgu lbieraħ mixli bil-qtil makabru ta’ Anastasia Yeshchenko. Sokolov, li għandu 63 sena, u huwa espert fil-qasam tal-istorja speċjalment fejn jidħol…

Barranin

Minkejja l-kritika kollha dwar kif ġiet interpretata t-tema tas-saħħa mentali, il-film Joker għamel profitt qawwi ta’ aktar minn $890 miljun. Joker issa sar l-aktar film ibbażat fuq storja tat-tip comic li…

Aktar