Barranin
Il-Griegi jivvutaw f’elezzjoni ġenerali

Fil-Greċja, il-poplu qed jivvota f’elezzjoni ġenerali li ssejħet ta’ malajr mill-Prim Ministru Alexis Tsipras wara d-disfatta elettorali li sofra l-partit tiegħu fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Mejju li għadda. Tsipras ilu fit-tmun tal-Greċja aktar minn 4 snin.

Diversi stħarriġ tal-opinjoni pubblika wrew li l-Partit Konservattiv ta’ Kyriakos Mitsotakis se jirbaħ din l-elezzjoni b’maġġoranza assoluta ta’ 10% fuq il-Partit ta’ Tsipras. Mitsotakis qed wiegħed fost oħrajn li jnaqqas it-taxxi u jżid l-investiment biex ikabbar l-ekonomija.

Din hi l-ewwel elezzjoni ġenerali mindu l-Greċja ngħatat bail-out mill-Unjoni Ewropea minħabba l-kriżi ekonomika tal-2010.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fiċ-Ċilì, il-Gvern iddikjara stat ta’ emerġenza fil-kapitali Santiago wara li studenti universitarji għamlu ħerba fit-toroq minħabba żieda fin-nollijiet tas-servizz tal-metro. Id-dimostranti ivvandalizzaw għadd ta’ stazzjonijiet tal-metro, taw in-nar f’diversi postijiet…

Barranin

Fis-Siberja, mill-inqas 15-il persuna tilfu ħajjithom u 13-il oħra għadhom irrapportati nieqsa wara li ċediet diga minjiera tad-deheb. Id-diga ċediet wara l-għargħar li laqtu ż-żona. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li 14-il…

Barranin

Il-Ministru għall-Intern Spanjol, Fernando Grande-Marlaska, qal li s-sitwazzjoni f’Katalunja tinsab taħt kontroll wara li l-lejl li għadda ssuktaw il-protesti u l-ġlied bejn id-dimostranti u l-pulizija ta’ kontra l-irvellijiet, it-tensjonijiet eskalaw…

Barranin

Id-Dukessa ta’ Sussex, Meghan Markle kienet viżibbilment emozzjonata waqt intervista mal-ġurnalist Tom Bradby. Hija rringrazzjat lil Bradby talli saqsieha kif inhi l-għaliex qaltlu ftit wisq kienu dawk li ġenwinament staqsew…

Aktar