Lokali
Il-GRTU f’tilwima mal-Gvern fuq il-pompi tal-petrol

Il-GRTU qalet li l-Gvern mar lura fuq dak li kien ġie miftiehem dwar il-pompi tal-petrol .

Fi stqarrija, il-GRTU qalet li fl-2014 ippreżentat lill-Gvern studju dettaljat li sar minn kumpanija serja u indipendenti li wera l-ħtiġijiet ċari ta’ dawn l-operaturi fi sfond tal-avvanzi kontinwi li jiġu meħtieġa u rikjesti mill-liġijiet tal-ERA u r-REWS, li jinkludi r-ristrutturar kbir li jrid isir sa mhux aktar tard mill-2020.

Il-GRTU qalet li għamlet bosta laqgħat mal-Ministru Joe Mizzi biex jinstab ftehim sabiex il-pompi tal-petrol ikollhom is-sostenn neċessarju biex ikunu jistgħu jagħmlu dak li qed jintalab minnhom. Saħqet li l-Ministru Mizzi jidher li qed jilgħab biż-żmien u jmur lura fuq progress li diġà kien sar.

Temmet tgħid li ma teskludix li l-pompi tal-petrol se jkunu qed jieħdu azzjonijiet fil-ġranet li ġejjin.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Mandy Vella li għandha 24 sena biss qed tgħix bi tbatija kbira minħabba li tbati b’Cystic Fibrosis. Hija tgħid li din qed taffettwalha l-pulmun u l-firxa, tbati bil-qtugħ ta’ nifs…

Avjazzjoni

Fl-istorja Maltija tal-avvjazzjoni, l-1969 ma kinitx l-isbaħ paġna. F’temp ta’ tliet xhur, nofs seklu ilu, seħħew żewġ disgrazzji tal-ajru b’ajruplani militari. L-istorja tagħhom hija fost kważi elf inċident tal-ajruplan li…

Lokali

Il-Fondazzjoni Blue Light, imwaqqfa mis-Surġent Simon Schembri mistennija tiftaħ l-ewwel dar tagħha biex tilqa’ fiha uffiċjali tal-forzi dixxiplinati li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Il-Ħadd filgħodu f’Ħal Safi saret attività…

Għawdex

Dalgħodu f’Dar Arka, Għajnsielem, saret quddiesa mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech bħala talba ta’ radd il-ħajr lil Alla fi tmiem il-mandat tal-President Marie-Louise Coleiro Preca. Fi kliem il-President, l-Ewkaristija…

Aktar