Lokali
Il-GRTU tagħti sal-aħħar ta’ din il-ġimgħa biex tinstab soluzzjoni dwar il-pompi tal-petrol

Il-GRTU qalet li se tagħti l-aħħar ta’ din il-ġimgħa biex jingħalqu d-diskussjonijiet dwar il-kwistjoni li żviluppat fuq il-pompi tal-petrol.

Fi stqarrija, il-GRTU qalet li lbieraħ saret laqgħa mal-Ministru għall-Enerġija  Joe Mizzi fuq iż-żidiet għall-pompi tal-petrol iżda mhux se tiżvela dettalji dwar id-diskussjonijiet li għadhom għaddejjin.

Stqarret li se tagħti sal-aħħar ta’ din il-ġimgħa biex jingħalqu d-diskussjonijiet u f’każ li ma tinstabx soluzzjoni se tissejjaħ laqgħa ġenerali għall-membri nhar it-Tnejn li ġej.

 

Ara wkoll:

Ebda żblokk fil-kwistjoni dwar il-pompi tal-petrol

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Pierre Darmanin weħel €8,000 multa bħala protezzjoni fil-konfront ta’ Rachel Darmanin u familtha wara li heddidha bil-kliem permezz ta’ mezzi teknoloġiċi, talli taha fastidju u kkaġunalha biża’ li se tintuża vjolenza…

Kultura

W’Oz hija l-produzzjoni teatrali annwali tal-Junior College mżewqa b’kant, reċtar u żfin, għal tmiem din il-ġimgħa fit-teatru tal-kulleġġ fl-Imsida. Is-soirée W’Oz! huwa bbażat fuq il-ktieb li jirrakkonta l-istorja ta’ Dorothy…

Kronaka

Sid ta’ dar flimkien mal-annimali domestiċi tiegħu nħarġu mid-dar wara li żviluppa nar fil-garaxx tar-residenza fi Triq il-Ħida San Ġwann. Jirriżulta li n-nar beda għall-ħabta tal-9.45pm tal-bieraħ filgħaxija u oriġina…

Kronaka

Żvediż ta’ 22 sena residenti Tas-Sliema ġarrab ġrieħi serji wara li waqa’ għoli ta’ tliet sulari. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.30am fi Triq Depiro Tas-Sliema stess. Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija irriżulta li…

Aktar