Politika
Il-grupp DB jilqa’ kull investigazzjoni fuq l-art tal-ITS

Il-grupp DB qal li jilqa’ kull tip ta’ investigazzjoni fuq l-art tal-ITS li akkwista mingħand il-Gvern.

Fi stqarrija, il-Kap Eżekuttiv ta’ DB Group, Arthur Gauci, irrefera għal dak li ntqal fil-Parlament mill-ex Kap tal-PN Simon Busuttil, dwar il-bżonn li jiġi investigat it-trasferiment ta’ din l-art.

Gauci saħaq li l-grupp mhuwiex konxju li seta’ sar xi ħaġa ħażina f’dan it-trasferiment, li għall-ewwel darba kellu l-valur tiegħu apprezzat minn Deloitte; ditta tal-awditjar ta’ reputazzjoni għolja.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ DB stieden lil Dr Busuttil biex jekk għandu xi informazzjoni relevanti jgħaddiha lill-maġistrati jew il-pulizija.

Żied jgħid li l-grupp mill-bidu laqa’ l-iskrutinju minn instituzzjonijiet nazzjonali u Ewropej, u jibqa’ miftuħ li jikkopera ma’ kull min irid jinvestiga l-kuntratt.

Ara wkoll:

Sospiż il-proġett ta’ DB Group sakemm jinqata’ l-appell