Politika
‘Il-Grupp Parlamentari b’mod unanimu wara l-Prim Ministru’ – Partit Laburista

Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li l-Grupp Parlamentari ta l-appoġġ unanimu tiegħu lill-Prim Ministru Joseph Muscat, fid-deċiżjonijiet kollha li se jkun qed jieħu, wara diskussjoni ħielsa fejn il-membri kollha esprimew il-fehmiet tagħhom.

Ingħad kif “il-Grupp irriafferma l-fiduċja sħiħa fil-Prim Ministru.”

Matul il-laqgħa fil-Girgenti li damet madwar erba’ sigħat, il-Grupp Parlamentari qabel ukoll li l-ġimgħa d-dieħla jsiru seduti Parlamentari li matulhom jiġi diskuss il-każ tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizi wara li persuna tressqet formalment il-Qorti akkużata li kienet il-mandant tad-delitt.

Il-Grupp irringrazzja wkoll lil Helena Dalli li temmet il-mandat Parlamentari tagħha biex issa inħatret Kummissarju Ewropew.

Fil-bidu tal-laqgħa, il-Prim Ministru ħabbar li wara l-aħħar żviluppi fil-Qorti, Chris Cardona se jirritrona immedjatament fil-kariga tiegħu bħala Ministru, u Deputat Mexxej tal-Partit Laburista.

Ara wkoll:

Chris Cardona lura fil-kariga bħala Ministru u deputat mexxej tal-PL

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Ir-raġel ta’ 29 sena mill-Georgia li lbieraħ ġie arrestat wara s-sejba ta’ madwar kilo kannabis, tressaq il-Qorti u ġie mixli b’akkużi ta’ pussess, importazzjoni u traffikar ta’ droga kannabis Il-Pulizija…

Kronaka

Żagħżugħ ta’ 22 sena mill-Melieħa weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq ċint. L-inċident seħħ għall-ħabt tas-2pm fi Pjazza Ġużè Debono, l-Imsida. Fuq il-post issejjaħ tim mediku, li taw l-ewwel għajnuna….

Lokali

Għoxrin ġurnata għall-Milied u fil-kuntest tas-sitwazzjoni preżenti, il-GRTU qalet li l-inċertezza u l-instabilita’ qed joqtlu n-negozji f’Malta. Stħarriġ li l-GRTU qalet li għamlet ma’ aktar minn ħamsin settur ekonomiku madwar…

Lokali

Il-President ta’ Malta George Vella qal li fid-dawl tat-talbiet li qegħdin isiru biex jieħu xi miżuri li skont xi wħud, tipprovdilu l-Kostituzzjoni, biex tissolva s-sitwazzjoni politika ta’ bħalissa, il-Kostituzzjoni ma…

Aktar