Lokali
Il-grupp parlamentari tal-PN jiċħad l-allegazzjoni ta’ Fearne

Il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista unanimament u kategorikament ċaħad l-allegazzjonijiet tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

Fil-Parlament ilbieraħ, Dr Fearne allega li d-deputat Nazzjonalista kellmu biex ikun jista’ jieħu t-tilqima kontra l-Covid-19.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li għal darb’oħra l-Gvern, għażel il-pandemija u n-numru rekord ta‘ każijiet, sabiex jipprova jiggwadanja punti politiċi u jdgħajjef lill-Oppożizzjoni.