Lokali
L-attivitajiet tal-massa tas-sena l-oħra żiedu l-qligħ ta’ Farsons

Il-grupp Simonds Farsons Cisk temm is-sena finanzjarja tiegħu fl-aħħar ta’ Jannar, bi qligħ qabel it-taxxa ta’ €13.4-il miljun. Il-Kumpanija qalet li waqt li żiedet il-qligh bi 18.2% kellha żieda fil-bejgħ li laħaq €95 miljun.

Il-Kumpanija qalet li dawn ir-riżultati tajbin kienu influwenzati mit-tkabbir ekonomiku kontinwu miż-żieda qawwija fit-turiżmu. Qalet ukoll li dawn ir-riżultati nkisbu minħabba kundizzjonijiet tat-temp favorevoli għall-industrija tax-xorb kif ukoll mid-diversi avvinimenti tal-massa li saru s-sena li għaddiet. Il-bord tad-diretturi rrakomanda li d-divedend lill-azzjonisti jiżdied bi 8.3% għal żewġ miljuni u sitt mitt elf ewro.

Anke l-kumpanija MaltaPost ħabbret ir-riżultati parzjali tagħha. Qalet li għamlet qligh qabel it-taxxa ta’ miljun u tliet mitt elf ewro fis-sitt xhur sal-aħħar ta’ Marzu li għadda – tnaqqis ta’ €500,00 fuq l-istess perjodu s-sena l-oħra. Il-MaltaPost qalet li qed taħdem f’settur kompettitiv għall-aħħar fejn għalkemm żdied id-dħul, komplew jogħlew ukoll l-ispejjeż fosthom dawk marbuta mal-posta li tasal minn barra bil-kumpanija tilmenta li t-tariffi postali għadhom baxxi meta mqabbla mal-pajjiżi Ewropej.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-kumpanija MaltaPost, qed isarraf fil-prattika il-kuncett tal-inklużjoni u mxiet pass ‘il quddiem minn dak stipulat fil-liġi. Numru ta’ ħaddiema b’diżabiltà ġew impjegati mill-MaltaPost għaċ-ċentru tagħha fix-Xewkija filwaqt li Jobs Plus…

Lokali

Il-fondi Ewropej għall-wireless internet b’xejn huma l-aktar popolari f’seba’ pajjiżi fosthom f’Malta. Is-seba’ pajjiżi huma l-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, l-Italja, Malta is-Slovenja u r-Rumanija. L-iskema msejħa WiFi4EU attirat l-interess ta’ madwar…

Lokali

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li japprezza l-konkorrenza kbira għall-mixja ta’ solidarjetà mal-Korp tal-Pulizija, u rrimarka li l-Korp tal-Pulizija u l-istituzzjonjiet iridu jiġu rrispettati dejjem u f’kull…

Aktar