Lokali
“Il-grupp tal-Caritas għenni kemm mentalment u anke soċjalment”

Il-komunikazzjoni bejn persuni li għaddejjin mill-istess sitwazzjoni hija l-kunċett ta’ gruppi li jiġu organizzati fi ħdan il-Caritas. Dawn il-gruppi ta’ support ikopru bosta oqsma fosthom tal-lagħba, tal-alkaħoliċi, tal-epilesija. TVM iltaqa’ ma’ persuna li ilha sittax-il sena tattendi għall-hekk imsejjaħ Thursday Club għall-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali.

Kif ilu jiġri għal dawn l-aħħar tletin sena, kull nhar ta’ Ħamis, fil-Kwartieri tal-Caritas fil-Floriana jitlaqqa’ t-Thursday Club għall-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali. Television Malta tkellem ma’ persuna li ilha sittax-il sena tattendi dan il-grupp. Tgħid li biddlilha ħajjitha u għenha biex toħroġ minn qoxortha.

“Għenuni ħafna kemm mentalment u anke soċjalment għax jien inbati ħafna – inkun magħluqa minni nnifsi u nsibha diffiċli biex nitħallat man-nies għalkemm m’għadnix daqshekk.”

Hija qalet li wara sittax-il sena tattendi dan il-grupp, tagħti daqqa t’id fil-laqgħat. Tagħmel quizzes u tħejji xi kejkijiet għall-membri.

It-Thursday Club hu wieħed mill-gruppi ta’ sapport tal-Caritas, li jitmexxew mill-voluntiera. Il-ħidma soċjali tal-Caritas tinkludi servizzi ta’ counselling u social care u diversi gruppi ta’ sapport għall-persuni li għaddejjin minn ċirkustanzi varji. Fost dawn hemm il-grupp emotions anonymous, il-grupp tar-romol u separati, grupp għal żgħażagħ separati, u jingħata sapport ukoll lill-gruppi alcohol anonymous u gambling anonymous, kif ukoll għall-familji tagħhom, il-fondazzjoni vittmi tal-użura u l-assoċjazzjoni tal-epilesija.

Id-Direttur tal-Caritas, Anthony Gatt qal “dan huwa għodda ta’ forma ta’ grupp li persuni li għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli ħa jiltaqa’ ma’ persuna oħra f’ċirkostanzi simili u jsib appoġġ kemm minn min qed jiffaċilità l-grupp imma wkoll mis-sapport tal-komunità ta’ persuna li għaddejjin minn xi ħaġa simili.”

Anthony Gatt qal li minbarra dawn il-gruppi, il-Caritas trid li din is-sena ssaħħaħ l-appoġġ lill-parroċċi fil-ħidma soċjali tagħhom. “Il-Knisja tirreferri għalihom bħala Kummissjoni Djakonija fejn għandek nukleu flimkien mal-Kappillan – ikun hemm nukleu ta’ voluntiera li l-iskop tagħhom huwa li jaraw ir-realtajiet u d-diffikultajiet soċjali fil-parroċċa u joffru sapport.”

Il-Caritas bħalissa għaddejja b’żewġ proġetti kbar: iċ-Ċentru tal-Komunità fi Blata l-Bajda, bil-pjan hu li f’nofs is-sena d-dieħla s-servizzi ċentrali u l-amministrazzjoni jibdew jingħataw minn dan ic-centru, u ċ-ċentru terapewtiku tal-Ibwar għall-adolexxenti li għandhom problema ta’ dipendenza fuq id-droga.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Sewwa sew xahar qabel Malta tidħol fl-atmosfera tal-karnival, faqqet kontroversja dwar karru li qed jinbena minn wieħed mill-karristi li juru l-Arċisqof Charles Scicluna u fl-isfond tiegħu d-dar San Ġużepp b’implikazzjoni…

Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li ta struzzjonijiet sabiex parti minn Triq San Ġużepp, fil-Qala, terġa’ tinbena mill-aktar fiss possibbli. Dan wara li ċedew biċċiet mir-retaining wall u l-pedamenti ta’…

Lokali

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qed jikkontesta r-ruling tal-Ispeaker Anġlu Farrugia li sab Prima Facie każ ta’ ksur ta’ privileġġ wara li Dr Azzopardi akkuża lid-Deputat Chris Cardona li huwa korrott…

Televiżjoni u Radju

Permezz ta’ ċifri preċiżi mis-sistema teknoloġika tal-Melita u kkonfermati mill-istatistiku Dr Vincent Marmara, dan ix-xahar, Television Malta laħaq udjenzi ferm akbar mis-soltu fost oħrajn bix-xandiriet diretti tal-avveniment politiċi mtella’ miċ-ċentru…

Aktar