Immigrazzjoni
AĠĠORNAT: 90 immigrant salvati mill-Guardia Costiera se jiddaħħlu f’Malta

Kelliem għall-Forzi Armati llejla kkonfermat li d-90 immigrant li ġew salvati mill-gwardja tal-kosta Taljana lbieraħ mal-lejl, se jiddaħħlu f’Malta llejla.

L-immigranti mistennija jiddaħħlu f’Xatt it-Tiben għall-ħabta tal-10.30pm minn żewġ patrol boats tal-Forzi Armati.

Dalgħodu kelliem għall-Forzi Armati ta’ Malta qalet li l-Guardia Costiera Taljana m’għandhiex permess iddaħħal f’Malta 90 immigrant li ġew salvati dal-lejl.

Il-Forzi Armati saħqu li kienu qed isegwu s-sitwazzjoni tal-immigranti li dwarhom daħlet sejħa għall-għajnuna, meta ġew salvati mill-forzi Taljani. Qalu li l-eqreb port kien dak ta’ Lampedusa u għalhekk l-immigranti kellhom jittieħdu hemm.

Dan kien ikkonfermat mill-għaqda tas-salvataġġ Alarm Phone, li fi Tweet (fuq) qalet li kienet infurmat lill-awtoritajiet Taljani għaliex l-immigranti kienu jinsabu iktar qrib tal-Italja milli ta’ Malta.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Anzjana ndarbet gravi wara li ntlaqtet minn karozza. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8am fi Triq Desain, il-Birgu. Il-Pulizija qalet li raġel ta’ 61 sena residenti Ħal Tarxien kien qed isuq vettura…

Lokali

Stennija għall-Budget hekk kif illum il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna fil-Parlament jippreżenta l-Budget għas-sena d-dieħla li huwa t-tielet Budget tal-Gvern f’din il-leġislatura. TVM ħejja skeda speċjali ta’ xandir tal-Budget. Ix-xandira fuq…

Aktar