Kurżitajiet
Il-ġudizzju tan-nies, l-awtiżmu u s-saħħa mentali – stejjer ta’ kuraġġ f’ ‘Sibtek’ illum

Bħal kull nhar ta’ Sibt, ‘Sibtek’ tal-lum għandu lest għall-pubbliku programm mimli daqs bajda.

Fost dawk li se jaqsmu l-esperjenzi tagħhom fil-beraħ aktar tard illum, Clifford Galea, li se jitkellem fuq dak li għadda minnu frott il-ġudizzju niggieżi tan-nies. Imbagħad, Phyllisienne Brincat se titkellem fuq is-saħħa mentali u Doris se titħaddet fuq l-awtiżmu li għandu binha Liam.

Fuq nota oħra, illum ukoll, il-kantant Ludwig Galea fost l-oħrajn se jirrakkonta kemm kellu idea żbaljata ta’ xi ħadd li kien mingħalih li kien antipatku.

Fil-programm tal-lum spazju wkoll għall-kompetizzjonijiet li Sibt wara Sibt irebbħu mijiet ta’ ewro f’rigali lis-segwaċi ta’ ‘Sibtek’.

‘Sibtek’ jixxandar illum fis-1.15pm fuq TVM.