
Żvolta fil-ġuri dwar il-qtil ta’ Maria-Lourdes Agius f’Settembru li għadda, hekk kif illejla l-ġurati ddeċidew li Michael Emmanuel mill-Kosta tal-Avorju ma kienx fi stat ta’ ġenn meta qatilha.
Il-ġurati; seba’ nisa u erba’ rġiel, waslu għal dan il-verdett bi tmien voti kontra wieħed.
Fl-indrizz tagħha lill-ġurati qabel daħlu iddeliberaw, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera qalet li mhux kull marda mentali twassal għal stat ta’ ġenn skont kif tfisser il-liġi, filwaqt li spjegat lill-ġurati d-definizzjoni legali u ggwidathom kif għandhom jevalwaw il-provi li semgħu u raw.
Id-deċiżjoni tal-ġurati issa tiddetermina li l-proċeduri fil-konfront tar-raġel mill-Kosta tal-Avorju mixli bil-qtil jistgħu jissuktaw.
Ara wkoll:
AĠĠORNAT (2): Is-sieħeb ta’ Lourdes Agius akkużat bil-qtil tagħha
Il-Qorti tibgħat lis-sieħeb ta’ Maria Lourdes Agius għall-kura