Barranin
Il-ġuri dwar frodi tal-Kardinal Becciu aġġornat għal Ottubru

Fil-Vatikan, ġuri dwar frodi li jinvolvi kardinal ġie aġġornat għal Ottubru.

Il-Kardinal Angelo Becciu u disgħa oħra huma akkużati b’użu ħażin minn fondi tal-Knisja u li abbużaw mill-karigi tagħhom. Huma qed jiċħdu l-akkużi.

Il-Kardinal Becciu huwa akkużat li uża mijiet ta’ miljuni ta’ ewro ta’ fondi tal-Knisja biex jixtri binja f’wieħed mill-aktar distretti sinjuri ta’ Londra. Huwa akkużat ukoll li għadda flus u kuntratti lill-kumpanij u għaqdiet tal-karità taħt il-kontroll ta’ ħutu.