
Il-proċess tat-tieni impeachment tal-ex president Donald Trump se jibda fi Frar. Dan wara li ntlaħaq ftehim bejn fis-Senat bejn id-Demokratiċi u r-Repubblikani.
Id-Demokratiċi se jkunu qed jibagħtu l-akkużi li Trump instiga l-vjolenza lis-Senat nhar it-Tnejn li ġej. Madankollu, is-smigħ mhux se jibda qabel it-8 ta’ Frar sabiex l-avukati ta’ Tump ikollhom iċ-ċans iħejju d-difiża tagħhom.
Id-Demokratiċi qed jakkużaw lill-eks President li instiga l-vjolenza billi pprovoka lill-partitarji tiegħu biex ma jaċċettawx it-telfa elettorali. Wara r-rally tas-sitta’ ta’ Jannar kien hemm protesti u rvelli fil-Kungress Amerikan fejn il-partitarji tiegħu daħlu bil-forza u konsegwenza ta’ hekk mietu ħames persuni.
Trump temm il-presidenza tiegħu nhar l-Erbgħa li għadda.