Elezzjoni
Il-ġurnalisti investigattivi għandhom jingħataw il-protezzjoni – il-PN

Il-Membru Parlamentari Ewropew Francis Zammit Dimech qal li l-protezzjoni għall-whistleblowers għandu jkun estiż għall-ġurnalisti investigattivi. Dr Zammit Dimech qal li ressaq proposta biex ikun hemm mekkaniżmu favur l-iċċekjar tal-fatti biex ikun missielet il-fake news. Qal li l-ħarsien tal-ġurnaliżmu li huwa bbażat fuq il-fatti veritieri huwa essenzjali f’soċjetà li trid tħares il-libertà tal-istampa u d-dritt tal-pubbliku li jirċievi l-fatti oġġettivi.

Il-Kandidati Nazzjonalisti għall-Parlament Ewropew, Roselyn Borg Knight u Dione Borg qalu li l-ġurnalisti għandhom ikunu mgħejjuna b’kull mezz possibbli u li l-media hija pillastru importanti fis-soċjetà u li l-ġurnalisti għandhom iħossuhom protetti meta jkunu qed jagħmlu xogħolhom.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar