Kronaka
Il-ġuvnott li waqa’ fuq il-blat f’Tas-Sliema joħroġ mill-ITU

Ħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU) il-ġuvnott ta’ 14-il sena li waqa’ fuq il-blat f’Tas-Sliema.

Kien fl-24 ta’ Lulju li għadda meta l-ġuvni, ta’ nazzjonalità Ċiniża u li joqgħod fl-istess lokalità, waqa’ f’Tigne.

Minbarra l-puliziaj fuq il-post marru l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku li tah l-ewwel għajnuna.

Il-ġuvnott ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifkat li weġġa’ serjament madankollu issa l-kundizzjoni tiegħu marret għall-aħjar.

Minbarra l-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ infetħet ukoll inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.