Barranin
Il-Gvern Amerikan japprova t-tilqima tal-Pfizer għal tfal bejn 5 u 11-il sena

Il-Gvern Amerikan approva li t-tilqima tal-Covid-19 manifatturata minn Pfizer/BioNTech tibda tingħata wkoll lil tfal bejn 5 snin u 11-il sena. Din diġà qed tingħata lil tfal minn 12-il sena ‘l fuq,

Il-vot tal-Gvern Amerikan ittieħed wara li l-Food and Drug Administration (FDA) appoġġjat din id-deċiżjoni bil-għan li jkun hemm awtorizzazzjoni ta’ emerġenza.

F’Settembru, il-kumpanija qalet li mit-testijiet tagħha rriżulta li t-tilqima kienet sigura għat-tfal f’din l-età.

Id-deċiżjoni tal-Gvern issa trid tiġi approvata mill-awtoritajiet regolatorji Amerikani FDA u CDC, bit-tilqim lit-tfal li jaf ikun jista’ jibda jingħata lit-tfal min-nofs il-ġimgħa d-dieħla.