Barranin
Il-Gvern Awstraljan iwissi liċ-ċittadini tiegħu li jinsabu f’Hong Kong

Il-Gvern Awstraljan issospenda l-ftehim ma’ Hong Kong fuq l-estradizzjoni, u appella liċ-ċittadini Awstraljani li jinsabu f’din il-belt biex jikkunsidraw jekk għandhomx jibqgħu hemm.

L-Awstralja qed tieħu dawn id-deċiżjonijiet fid-dawl ta’ liġijiet ġodda dwar is-sigurtà nazzjonali li daħħlet iċ-Ċina l-ġimgħa l-oħra, u li pajjiżi tal-punent jemmnu li huma intiżi biex iwaqqfu l-libertà tal-espressjoni u l-kritika kontra l-Gvern Ċiniż.

Fil-fatt pajjiżi bħal Kanada u r-Renju Unit ukoll issospendew il-ftehim fuq l-estradizzjoni li kellhom ma’ Hong Kong.

Il-Gvern Awstraljan ħabbar ukoll li qed jestendi l-visa b’ħames snin għal madwar 10,000 residenti ta’ Hong Kong li qed jistudjaw jew jaħdmu fl-Awstralja.

Fl-istess waqt il-Gvern wissa liċ-ċittadini tiegħu li jinsabu f’Hong Kong, u li jgħoddu mal-100,000, li jistgħu jiġu arrestati fuq akkużi vagi marbuta mas-sigurtà nazzjonali, jew li jispiċċaw jiksru l-liġi bla ma jafu.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-awtoritajiet Franċiżi qed jordnaw li mil-lum il-maskra tibda tintlibes ukoll barra f’ħafna postijiet madwar Pariġi. L-ordni tapplika għal persuni li għandhom minn 11-il sena ‘l fuq f’iktar minn 100 triq…

Barranin

Fl-istat ta’ Victoria fl-Awstralja ġiet irrappurtata l-ogħla rata ta’ mwiet fejn f’ġurnata waħda mietu 17-il persuna bil-coronavirus. Matul il-ġurnata tal-Ħadd f’Victoria l-ammont ta’ każi żdiedu b’394 u fl-aħħar ġimgħa kienu…

Barranin

Il-komunità tal-mexxeja internazzjonali mistennija tingħaqad flimkien illum bl-għan li jinġabru fondi għall-Bejrut wara l-isplużjoni devastanti li seħħet it-Tlieta li għadda. Il-konferenza virtwali organizzata minn Franza u n-Nazzjonijiet Maqgħuda mistennija tibda…

Barranin

Aġenziji tan-Nazzjonijiet Magħquda wissew bi kriżi umanitarja fil-Libanu wara l-isplużjoni fil-port ta’ Bejrut nhar it-Tlieta. B’kollox mat-300,000 persuna spiċċaw bla saqaf fuq rashom maqbuda fi kriżi ekonomika u l-pandemija tal-Covid-19. B’kollox mietu…

Aktar