COVID-19
Il-Gvern b’6,000 talba ta’ ripatrijazzjoni mingħand barranin li jinsabu Malta

Il-Gvern irċieva mas-6,000 talba ta’ ripatrijazzjoni mingħand barranin li jinsabu Malta u jixtiequ jerġgħu lura lejn pajjiżhom. Il-parti l-kbira tat-talbiet saru minn ċittadini ta’ pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea.

Fl-isfond tal-pandemija mistenni jissokta l-esodu ta’ persuni minn bosta pajjiżi li applikaw mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin biex jerġgħu lura f’pajjiżohom b’titjiriet sussidjati. Il-Ministeru qal mas-6,000 ruħ applikaw fi skema volontarja biex imorru lura f’pajjiżhom.

Figuri mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin juru li għal din l-iskema li għalqet nhar il-Ħadd applikaw 5,500 adult u 650 minuri kemm minn pajjiżi mill-Unjoni Ewropea u pajjiżi li mhumiex tal-Unjoni Ewropea. 60% tal-applikazzjonijiet kollha saru minn ċittadini li mhux Ewropej.

Il-Ministru Evarist Bartolo stqarr li hemm numru mdaqqas ta’ ħaddiema minn pajjiżi fl-Asja.

L-ikbar sfida tagħna se tkun kif se naslu f’dawk il-pajjiżi li huma barra mill-Unjoni Ewropea mhux biss kwistjoni ta’ distanza iżda kwistjoni ta’ x’passi jkunu qed jieħdu huma dwar l-ajruporti.

Il-Ministru Bartolo qal li s’issa bl-għajnuna tal-Minsiteru ntbagħtu 660 persuna f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u 315 ruħ f’pajjiżi oħra Ewropej fosthom l-Albanija.

Aħbarijiet Oħra

Għat-tieni darba fl-aħħar ġimgħa, f’temp ta’ 24 siegħa, ġew dikjarati aktar persuni li fiequ mill-virus milli nfezzjonijiet ġodda. L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 31 każ ġdid ta’…

Il-General Workers Union għandha mal-400 kawża fuq il-kotba tagħha ta’ eks ħaddiema tat-Tarzna, li fetħu kawża għad-danni talli kienu esposti għall-asbestos waqt li kienu qed isewwu l-vapuri. Id-dokumentarju ‘Mewta Siekta’…

Sirjan ta’ 53 sena li jgħix Buġibba, baqa’ miżmum arrestat wara li l-Qorti se tagħti digriet dwar il-ħelsien mill-arrest tiegħu nhar it-Tnejn li ġej. Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, kompla…

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjana ta’ 78 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19. L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 l-ewwel darba fil-11 ta’ Awwissu u ġiet ikkonfermata li negattiva għall-Covid-19…

Aktar