Lokali
Il-Gvern b’għotja ta’ €165,000 lill-Fondazzjoni Jean Antide biex issaħħaħ ħidmietha fil-każijiet soċjali

Il-Fondazzjoni Jean Antide u l-Gvern iffirmaw ftehim ta’ sħubija soċjali, id-disa’ wieħed tax-xorta tiegħu. Il-Gvern ser jgħin b’għotja ta’ €165,000 fuq tliet snin biex il-Fondazzjoni ssaħħaħ is-servizzi li toffri f’diversi każi soċjali li jvarjaw mill-vjolenza domestika sa problemi ta’ saħħa mentali.

Il-Fondazzjoni Jean Antide u l-Gvern issieħbu fi ftehim ieħor ta’ sħubija soċjali li permezz tiegħu l-Gvern ser jgħin b’mod finanzjarju il-Fondazzjoni tkompli bil-missjoni soċjali tagħha. Bil-ftehim il-Fondazzjoni ser issaħħaħ it-tim ta’ social workers, biex tilħaq aħjar il-persuni vurnerabbli. Il-Ministeru se jkun qed jalloka s-somma ta’ €165,000, mifruxa fuq medda ta’ tliet snin

Il-fondazzjoni li titmexxa mis-Sorijiet tal-Karità tara aktar minn 370 każ ġdid fis-sena u toffri diversi servizzi ta’ għajnuna kif spjega s-social Workers Ruben Vella.

Ruben Vella qal “naħdmu mal-caregivers li jaħdmu ma’ persuni li għandhom diffikultajiet mentali flimkien ma’ psychatric nurse. Għandna wkoll servizz ta’ sor li huwa għal nisa li għaddew minn xi forma ta’ domestic violence u jibqgħu jissapportjawhom biex jerġgħu jiġu integrati fis-soċjetà.

Il-Fondazzjon għandha żewġ ċentri wieħed f’Ħal Tarxien u ieħor f’Birżebbuġa biex isservi familji vulnerabbli. Il-Kap Eżekuttiv Nora Macelli saħqet li l-Fondazzjoni mhux tagħmel xogħol li jitwettaq min aġenziji jew għaqdiet oħra.

Nora Macelli qalet “fil-fatt noqogħdu attenti ħafna li mill-esperjenza ta’ ħidma fil-komunità nibdew nintebħu li hemm ħtiġijiet li ħadd mhu jilħaq u s-servizzi tagħna huma risposta għal dawn il-ħtiġijiet li ntbaħna bihom”.

Il-ħima tal-Fondazzjoni bdiet 49 sena ilu meta soru tal-karitá ħasset il-bżonn li tiddedika ħidmietha fil-qasam soċjali.

Sr Natalie Abela qalet “Superjura Delegata Sour Laura Tanti kienet għalliema iżda rat il-bżonnijiet soċjali li kien hawn fl-inħawi ta’ Ħal Tarxien, għamlet kors ta’ social work l-Ingilterra u fetħet St Jean Antide welfare campaign fejn hi kienet tgħin nies li kellhom problemi soċjali fil-familja”.

Waqt l-iffirmar tal-ftehim ta’ sħubija soċjali, il-Ministru Michael Falzon qal li dan huwa d-disa’ ftehim li ġie ffirmat s’issa ma’ Għaqdiet Mhux Governattivi li jaħdmu fil-qasam soċjali. Huwa faħħar ix-xogħol li qed tagħmel il-Fondazzjoni Jean Antide u qal li s-soċjetà għandha tirrikonoxxi x-xogħol imprezzabbli b’risq dawk li qed iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet fil-ħajja.

Aħbarijiet Oħra
Cryptocurrency

Malta għandha tliet liġijiet li jirregolaw l-industrija l-ġdida relatata mal-block chain u l-muniti diġitali. Esperti f’dal-qasam jemmnu li s-setturi se jkunu l-mod kif isir in-negozju fil-futur. Mark Bugeja hu espert…

Temp

Tliet snin oħra jaħbat għeluq il-mitt sena mill-ftuħ tal-ewwel uffiċċju għat-tbassir tat-temp f’Malta. Fil-jum dinji tal-metereoloġija, iċċelebrat bħal-lum, it-23 ta’ Marzu, jitfakkar it-twaqqif tal-organizzazzjoni dinjija tal-meteoroloġija fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda…

Sport

Illejla fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, f’logħba li ntemmet għall-ħabta tat-8.00pm, Malta rebħet lill-Gżejjer Faroe 2-1. Goals skurjati minn Kyrian Nwoko u penalty ta’ Steve Borg – wieħed f’kull taqsima. Il-Gżejjer…

Kultura

Il-Proġett “Żunżana” jikkonsisti f’sensiela ta’ ħames kunċerti li se jittellgħu b’kollaborazzjoni bejn Aġenzija Żgħażagħ u l-Għaqda Każini tal-Banda minn grupp ta’ bandisti żgħażagħ li bdew idoqqu fl-aħħar ħames snin. Il-baned…

Aktar