Ekonomija u Finanzi
Il-Gvern bi żbilanċ ta’ €63 miljun fl-ewwel xahrejn

Fl-ewwel xahrejn tas-sena, il-Gvern kellu żbilanċ ta’ kważi €63 miljun bejn id-dħul u l-ħruġ tiegħu. Fl-istess perjodu s-sena l-oħra, il-Gvern kellu bilanċ ta’ kważi €19-il miljun.

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li f’Jannar u Frar, id-dħul tal-Gvern żdied b’4.8% jew b’aktar minn €31 miljun.

Fl-istess xahrejn, in-nefqa totali tal-Gvern kibret bi 17.7%. L-NSO qal li n-nefqa rikurrenti żdiedet bi kważi €74 miljun waqt li n-nefqa fuq proġetti kapitali żdiedet bi kważi €39 miljun oħra.

Id-dejn tal-Gvern fl-ewwel xahrejn tas-sena żdied b’aktar minn €31 miljun meta mqabbel ma’ Frar tas-sena l-oħra.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Mistenni jibda x-xahar id-dieħel ix-xogħol ta’ twaqqiegħ u tħammil għat-tieni dar residenzjali għal persuni bil-marda newroloġika tal-ALS. Il-proġett, f’Ħaż-Żebbuġ, mistenni jiswa sitt miljun Ewro. Ma’ TVM, il-fundatur tal-Fondazzjoni ALS Malta,…

Stejjer Umani

L-imħabba hi minsuġa fil-karattru ta’ William Saliba. L-altruwiżmu tiegħu jispikka ma’ pazjenti b’mard fil-kliewi. Għamel l-isfida tal-Lifecyle tnax-il darba…iżda fuq kollox kien bħas-Samaritan it-Tajjeb, b’ġest ma’ raġel ieħor meta tah…

Reliġjon

Matul il-Ġimgħa Mqaddsa, it-teatru Orpheum fil-Gżira serva ta’ knisja għall-komunità Kattolika minn Kerala fl-Indja. Fil-Ġimgħa l-Kbira, filgħaxija mal-elf ruħ inġabru għall-adorazzjoni tas-salib. Wara, fit-toroq tal-Gżira u Tas-Sliema, xeni mhux tas-soltu…

Aktar