Ekonomija u Finanzi
Il-Gvern bi żbilanċ ta’ €76 miljun fl-ewwel xahar tas-sena

Fl-ewwel xahar ta’ din is-sena, id-dħul u l-infiq tal-Gvern komplew jiżdiedu. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li f’Jannar il-Gvern kellu żbilanċ ta’ kważi 76 miljun ewro li huma kważi 21 miljun ewro aktar mid-defiċit li l-Gvern kellu f’Jannar tas-sena l-oħra.

L-NSO spjega li mqabbel ma’ Jannar tas-sena l-oħra, id-dħul rikurrenti tal-Gvern żdied b’aktar minn €3 miljun u fl-istess xahar in-nefqa tal-gvern kibret bi kważi 15-il miljun oħra li minnhom sitt miljun ewro kienu investimenti fi proġetti kapitali.

F’Jannar li għadda, id-dejn tal-Gvern kien kważi €22 miljun anqas minn Jannar tas-sena l-oħra.