Politika
Il-Gvern b’kampanja biex iħejji lin-negozji u l-pubbliku għal Brexit

Il-Gvern nieda kampanja ta’ informazzjoni biex tħejji lin-negozji u lill-pubbliku biex ikun lest għal Brexit. Il-kampanja tħabbret fl-istess waqt li hemm intoppi serji bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit biex il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea isir b’mod ordnat u bi ftehim.

Il-kampanja ser twassal informazzjoni dwar it-tħejjijiet li saru mill-Gvern għall-eventwalità ta’ Brexit mingħajr ftehim. Is-Segretarju Permanenti Prinċipali Mario Cutajar, qal li l-Gvern ser jagħmel ukoll eżerċizzju fid-dipartimenti tal-Gvern dwar x’għandu jiġri jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim.

Id-dwana, l-operaturi kummerċjali, il-qasam tas-saħħa u ċ-ċittadini Maltin u Ingliżi huma fil-mira tal-kampanja informattiva Brexit: Be Prepared. L-informazzjoni ser tingħata wkoll individwalment permezz tal-hotline 153.

Waqt it-tnedija tal-kampanja, il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej Edward Zammit Lewis, qal li waqt li l-Gvern Malti jibqa’ favur tluq bi ftehim, xorta waħda jinsab lest għal ħrug mingħajr ftehim. Mistoqsi minn TVM jekk bil-Brexit, Malta hux ser titlef l-arranġament li l-prodotti tal-ikel ikunu eżenti mill-VAT kif inhuma fir-Renju Unit, il-Ministru Zammit Lewis qal li bil-ħruġ tar-Renju Unit dan mhux ser jintilef.

Is-sitwazzjoni ta’ Malta għal dak li huwa li ġabet diġà, ma jiġux affettwati mit-tluq tar-Renju Unit għaliex ir-relazzjoni li qed tiġi regolata hija, l-Unjoni Ewropea mar-Renju Unit. Għalhekk inserrħu ras in-nies li s-sitwazzjoni f’dak li hu Malta ser tibqa’ status quo.

Is-Segretarju Permanenti Prinċipali Mario Cutajar, qal li Malta trid tibqa’ l-aktar pajjiż ħabib tar-Renju Unit b’azzjonijiet prattiċi.

Prattikament qed nitkellmu fuq il-Maltin li jgħixu ġo l-Ingilterra, l-Ingliżi komunità kbira mhux ħażin li tgħix Malta, il-kummerċ hemm ħafna affarijiet li rridu nippreparaw għalihom. Dan l-eżerċizzju kollu huwa mmirat f’direzzjoni waħda, ġifieri l-preparamenti kollha minn kull aspett, minn kull dipartiment, hemmhekk allura nkunu qed nimmiraw allura lejn id-direzzjoni mpoġġija mill-Gvern li rridu nwettqu.

Is-Sur Cutajar qal li biex il-Gvern jaċċerta li d-dipartimenti kollha jkunu preparati f’każ ta’ Brexit mingħajr ftehim, fix-xhur li ġejjin ser isir dak li sejjaħ bħala l-Brexit drill fid-dipartimenti kollha tal-Gvern.

Għandek l-avjazzjoni, id-dwana, il-mediċini, il-prekawzjonijiet kollha li qed nagħmlu qegħdin fi stadju avvanzat ħafna, qed nieħdu ħsieb minn kull aspett u minn kull angolu u iffukati fuq dak li jista’ jiġri u d-drill ser jagħtina l-prova li l-preparamenti li saru qed jagħtu l-frott tagħhom.

Il-Ministru Zammit Lewis qal li permezz tas-servizz ta’ informazzjoni 153 l-pubbliku jista’ jistaqsi kwalunkwe mistoqsija dwar Brexit, biex ikun imħejji wkoll għall-effetti tal-Brexit.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Din is-sena tfakkar il-mitt sena mit-twelid ta’ wieħed mill-ikbar artisti tas-seklu għoxrin – Esprit Barthet. L-espressjoni tal-arti tiegħu hija l-legat li ħalla warajh dan l-artist, li quddiemu poġġew mexxejja prominenti…

Kultura

Din is-sena tfakkar il-mitt sena mit-twelid ta’ wieħed mill-ikbar artisti tas-seklu għoxrin – Esprit Barthet. L-espressjoni tal-arti tiegħu hija l-legat li ħalla warajh dan l-artist li quddiemu poġġew mexxejja prominenti…

Sport

Il-Fondazzjoni Kottonera u l-Bicycle Advocacy Group ingħaqdu flimkien biex  jagħtu opportunità lid-delettanti tar-rota jipprattikaw id-delizzju tagħhom filwaqt li japprezzaw il-patrimonju kulturali li hija mogħnija bih il-Kottonera. L-attività sabet ukoll l-appoġġ…

Kronaka

Raġel ġarrab xi ġrieħi wara li llejla ttajar fil-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30pm fi Triq Aldo Moro. Il-persuna ttajret fil-karreġġjata lejn il-Belt, viċin il-pont pedonali, minn karozza misjuqa minn raġel…

Aktar