LGBTIQ
Il-Gvern b’kampanji ta’ edukazzjoni u titjib fil-qasam leġislattiv għall-komunità LGBTIQ

Il-Prim Ministru Robert Abela wiegħed lill-Kusill Konsultattiv tal-Komunità LGBTIQ li l-aġenda liberali se tibqa’ u se jaħdem biex il-kelma diskrimininazzjoni tiġi eliminata mill-vokabularju.

F’laqgħa f’Kastilja, mal-Kunsill Konsultattiv, Dr Abela qal li l-Gvern se jibqa’ jaħdem biex itejjeb il-qasam leġislattiv u qal li l-akbar bidla tibqa’ dik fl-attitudni tan-nies. Qal li fejn jidħlu bidliet radikali importanti l-kampanji ta’ edukazzjoni.

Il-membri tal-Kunsill Konsultattiv faħħar id-diversi bidliet li saru fl-aħħar snin għall-komunità LGBTIQ fosthom id-dritt tal-unjoni ċivili u d-dritt tal-adozzjoni, il-projbizzjoni tat-terapija ta’ konverżazzjoni u l-bidla biex persuni gay ikunu jistgħu jagħtu d-demm. Qalu li dawn huma kollha bidliet pożittivi kemm mil-lat legali u anki nnotaw bidla fl-attitudni tan-nies lejn il-komunità LGBTIQ.