Lokali
Il-Gvern b’kundanna għall-qtil tal-għalliem Franċiż Samuel Paty

Il-Gvern ikkundanna mingħajr riservi l-qtil brutali tal-għalliem Franċiż Samuel Paty.

Fi stqarrija ntqal kif huwa meħtieġ li naħdmu llkol flimkien sabiex niġġieldu t-terroriżmu u l-fanatiċiżmu. Spjega kif ma nistgħux nħallu l-affarijiet isiru agħar, f’dinja diġà maqsuma billi nidħlu fi gwerra ta’ diskors użat.

Il-Gvern temm jgħid li “nittamaw li jibda jerġa’ jkun hemm id-djalogu malajr kemm jista’ jkun.”

Samuel Paty inqatel ħdejn skola li kien jgħallem fiha viċin Pariġi. Għadd ta’ nies ġew arrestati b’rabta mal-investigazzjonijiet dwar dan il-każ.

Anke l-Imam Mohammad Elsadi kkundanna dan il-qtil u qal li l-Iżlam jikkudanna qtil ta’ nies minħabba t-twemmin tagħhom. Saħaq li ma ebda ġustifikazzjoni legali għal dak li seħħ. Qal li dawk li jkassbru lill-Profeta u min jissapportjahom mhux se jtappnu r-reputazzjoni tiegħu iżda għall-kuntrarju jitfgħu dell ikrah fuqhom.