Brexit
Il-Gvern b’miżuri biex f’każ ta’ Brexit bla ftehim il-mediċini ma jogħlewx

Malta bħal pajjiżi tal-Unjoni Ewropea qed tħejji għall-eventwalità li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim bil-konsegwenzi kollha li dan iġib miegħu. F’konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-kabinett fil-laqgħa tat-Tlieta ħa sensiela ta’ deċiżjonijiet waqt li identifika diversi oqsma li jolqtu 13-il Ministeru li jridu jħejju għal Brexit mingħajr ftehim. Il-Prim Ministru qal li Malta trid tibqa’ l-iktar pajjiż viċin ir-Renju Unit għaċ-ċittadini u għan-negozji anke wara l-Brexit u ħabbar arranġament speċjali għar-residenti Ingliżi f’Malta kif ukoll għat-turisti Ingliżi li jżuru Malta.

Ix-xennarji li jolqtu lil Malta jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim qed jiġi indirizzat b’diversi passi mill-Gvern. Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-awtoritajiet Maltin diġà ħadu sensiela ta’ miżuri biex jilqgħu għal Brexit mingħajr ftehim, fost għax-xiri ta’ mediċini biex jassiguraw li ma jiskarsawx u kemm jista’ jkun ma jgħolewx b’riżultat tal-Brexit. Dr Muscat qal li l-kabinett identifika 82 liġi li jkollhom jiġu emendati minħabba l-Brexit.

Il-Prim Ministru ta assigurazzjoni lil madwar 13,000 ċittadin Ingliż li jgħix f’Malta li qal li jkollhom status speċjali ta’ residenza li jiġġedded kull għaxar snin mingħajr ebda ħlas. Ħabbar il-ħsieb ukoll li fl-ajruport ikun hemm linja preferuta apposta biex jgħaddu ċittadini li jkollhom passaport Ingliż li tkun ukoll għal ċittadini tal-pajjiżi msieħba fiż-żona ekonomika Ewropea. Il-Gvern qed jipproponi wkoll li ċ-ċittadini Ingliżi li jgħixu f’Malta jibqa’ jkollhom d-dritt jivvutaw fl-elezzjoni għall-Kunsilli Lokali.

Dr Muscat stqarr li bi swied il-qalb il-Gvern jinnota li r-Renju Unit jista’ joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim. Qal li l-gvernijiet Ewropej qed iħejju għal din l-eventwalità fuq bażi nazzjonali waqt li l-Kummissjoni Ewropea trid tieħu ħsieb oqsma li fuqhom għandha l-kompitenzi. Il-Prim Ministru qal li hemm qbil mal-Gvern Ingliż li l-ftehim bilaterali dwar is-saħħa jibqa’ fis-seħħ inkluż dwar it-taħriġ tat-tobba u r-rikonixximent tal-kwalifiki tat-tobba. Dwar il-kummerċ qal li fil-każ li jibqa’ ma jkunx hemm ftehim, japplikaw ir-regoli tal-Organizzazzjoni Dinja tal-Kummerċ, il-WTO.

Il-Prim Ministru qal li d-Dwana għamlet l-arranġament għax-xennarju ta’ Brexit mingħajr ftehim iżda spjega li dan ser ikun ifisser żieda fil-burokrazija bid-dwana ikollha tipproċessa mas-7,000 dokument fil-ġimgħa għal merkanzija mir-Renju Unit. Qal li l-Gvern diġà ħabbar għajnuna għal kumpaniji Maltin li jinnegozjaw mir-Renju Unit u lest jagħti wkoll għajnuna lis-settur turistiku jekk dan jintlaqat minħabba fost oħrajn il-valur tal-Isterlina li jista’ jagħmel vaganza f’Malta aktar għolja.

Lil hinn mill-konsegwenzi negattivi tal-Brexit, il-Prim Ministru stqarr li huwa sodisfazzjon bin-numru ta’ kumpaniji li rreġistraw f’Malta mal-MFSA anke jekk dawn mhux jagħtu pubbliċità li għażlu lil Malta. Qal li t-task force dwar il-Brexit immirat li tħajjar investituri jkollhom bi lokazzjoni. Dr Muscat qal li t-task force kellha suċċess speċjalment ma’ kumpaniji Indjani, Amerikani u anke Ġappuniż. Il-Prim Ministru qal li fis-settur tal-egaming, Malta attirat l-ikbar kumpaniji fis-suq.

Ara wkoll:

Il-PM jiżvela t-tħejjijiet ta’ Malta f’każ ta’ Brexit bla ftehim

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn għada se tibda tiswijiet fis-sistema ta’ katusi f’qiegħ il-baħar li jintuża għar-rimi ta’ drenaġġ trattat mill-impjant ta’ Għawdex. Il-ħidma delikata li għandha tieħu madwar tliet ġimgħat…

Kronaka

Raġel ta’ 33 sena weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur f’Birkirkara. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq il-Wied għall-ħabta tal-4.45pm. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li s-sewwieq, li jgħix il-Pietà, kien qed isuq…

Saħħa

F’Malta hawn madwar 7,000 persuna li għandhom id-demenzja, bl-istudji juru li l-għadd mistenni jiżdied għal mill-inqas 13,000 sal-2050. L-esperti jemmnu li din hija biss ix-xifer tal-istampa, minħabba li għadd ta’…

Stejjer Umani

Għalkemm il-Maltin ikunu qed jistennew is-sajf bil-ħerqa biex jaqtgħu xi ftit mir-rutina ta’ kuljum tax-xogħol, mhux l-istess jista’ jingħad għal Alfred Attard li ilu aktar minn 40 sena jiġbor il-melħ…

Aktar